
Il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hu wiehed mill-ikbar Clubs tas-supporters Juventini fid-dinja kollha. Originarjament l-ewwel moviment organizzat ta' supporters Bianconeri f'Malta jmur lura ghas-sena 1964 meta kien twaqqaf il-Club Amici della Juve. Wara din l-inizjattiva li ma tantx kellha hajja twila, is-supporters Juventini Maltin ftehmu l-1975 li jwaqqfu struttura aktar professjonali u organizzata: il-Juventus Club Malta. Fl-1997 kien twaqqaf Juventus Club iehor f'Malta. Ir-rapporti bejn iz-zewg Clubs kienu kordjali u amikevoli ferm tant li fl-1997 ittellghet b'mod kongunt wirja kbira fl-okkazjoni tac-Centenarju mill-fondazzjoni ta' Juventus. Sena biss wara z-zewg Clubs nghaqdu f'dak li llum hu l-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975).
L-ghanijiet tal-Club taghna huma:
- li jitkabbar l-isem ta' Juventus F.C. fil-gzejjer Maltin u li jigu nkoragguti l-valuri sportivi li huma mhaddna mit-tim tal-qalb taghna;
- li jservi biex jitkattar l-ispirtu ta' hbiberija, kollaborazzjoni u solidarjeta' bejn is-supporters ta' Juventus kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali;
- li jirrapprezenta l-interessi tas-supporters Juventini Maltin permezz ta' kuntatti diretti mas-sede centrali ta' Juventus F.C. f'Turin.
Sa mill-ewwel xhur tal-hajja tieghu, il-Club kienu u ghadu rikonoxxut ufficjalment minn Juventus F.C. Attwalment il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jifforma parti min-network ta' Juventus Club DOC li huma l-unici rikonoxxuti minn Juventus F.C. u li jaqghu taht il-kappa tac-Centro Coordinamento Juventus Club ta' Turin. Grazzi ghall-affiljazzjoni mal-Club DOC, il-Club taghna joffri lis-supporters Juventini lokali li jkunu jistghu jippartecipaw f'serje ta' inizjattivi mahluqa apposta ghat-tesserati tal-Club DOC, kif ukoll nagevolawhom fix-xiri ta' biljetti ghall-partiti ta' Juventus u naghtuhom il-possibbilta' li jidhlu fit-training grawnds ta' Vinovo.
Nizzel l-istatut tal-klabb billi tikklikja fuq dan il-link:Statut '08-'09






















