Boateng se jilghab?

0212boat.jpg

Ghall-big-match tas-Sibt li gej, Milan-Juventus, Massimiliano Allegri se jkollu a dispozizzjoni zgur lil Pato. B'sorpriza anki Boateng jista' jinzel fil-grawnd biex jilghab. Fl-ahhar jiem kien hemm suspett qawwi li Boateng kien se jitlef il-partita minhabba li ghadu ma rkuprax mill-injury. Madankollu "Il Corriere dello Sport" illum jikteb li Boateng qed jaghmel minn kollox sabiex ikun jista' jilghab u hemm cans tajjeb li nkunu nistghu narawh fil-grawnd.

Matthew Scerri


February 23, 2012 09:10am

  Ramirez. Juventus interessati sew

0212ramirez.bmp

Il-wirjiet mill-aqwa fl-ahhar gimghat ta' Gaston Ramirez, regghu qed ihajru lil Juventus sab iex jippruvaw jakkwistawh. Fuqu hemm interessati Barcellona u xi klabbs Inglizi. Marotta pero' ghandu l-vantagg li dan l-ahhar beda relazzjonijiet tajba ferm ma' Bologna bit-trasferiment ta' Sorensen mar-Rossoblu u ghaldaqstant jista' jkun f'pozizzjoni ta' vantagg ghall-akkwist ta' Ramirez.

Matthew Scerri


February 23, 2012 09:06am

  Zenit jippruvaw tal-ahhar ghal Krasic

0212zenit.bmp

Ghada hi l-ahhar gurnata tat-transfer market fir-Russja. "La Gazzetta dello Sport" tikteb li llum Zenit se jikkuntattjaw mill-gdid lil Juventus bit-tama li jirnexxilhom jiksbu lil Krasic. It-trattativa pero' tidher li mhux se jkollha success minhabba li Zenit iridu lil Krasic b'self u nafu li kemm Marotta, kif ukoll il-plejer innifsu, ma tantx huma favur trasferiment fuq bazi ta' self.

Matthew Scerri


February 23, 2012 08:59am

  Ibrahimovic. Illum inkunu nafu?

0212zlatan.bmp

Illum it-Tribunal tal-Appell tal-Giustizia Sportiva ghandu jifli l-kaz ta' Zlatan Ibrahimovic sabiex jiddeciedi tinzammx l-iskwalifika ta' 3 partiti lill-Isvediz wara d-daqqa ta' harta li kien ta lil Aronica fil-partita Milan-Napoli. Milan qed jitolbu li l-iskwalifika titnaqqas ghal zewg partita. Jekk din it-talba tigi milqugha, allura jkun ifisser li nhar is-Sibt Ibrahimovic jista' jilghab kontra Juventus.

Matthew Scerri


February 23, 2012 08:52am

  Catania jeghlbu lil Siena

0212sera.bmp

Partita ohra tas-Serie A minn dawk li kienu thassru minhabba l-maltemp, intlaghbet ilbierah. Catania ghelbu barra minn darhom lil Siena bl-iskor ta' 0-1.

Matthew Scerri


February 23, 2012 08:42am

Page 1 of 1766 total pages    Next Page >>   Go to page:


super simple RSS script