39 partita mingħajr gowl minn free-kick

Juventus-Siena hi partita partikolari hekk kif tasal wara 39 partita li fihom il-Bianconeri ma rnexxilhomx jiskorjaw minn free-kick. Kien eżatt waqt Siena-Juventus tal-24 ta’ Mejju 2009 li Del Piero skorja l-aħħar gowl minn free-kick għal Juventus. Illum 294 jum wara, Juventus qegħdin jittamaw li dan ir-rekord negattiv jiġi interrott.
Matthew Scerri
March 14, 2010 01:28pm
Diego reserve
Il-formazzjonijiet li x’aktarx naraw fil-grawnd għall-partita Juventus-Siena huma:
JUVENTUS (4-3-1-2): Manninger; Grygera, Legrottaglie, F. Cannavaro, De Ceglie; Camoranesi, Felipe Melo, Sissoko; Candreva; Del Piero, Trezeguet. Kowċ: Zaccheroni.
Reserves: Chimenti, Grosso, Poulsen, Salihamidzic, Marchisio, Diego, Iaquinta.
Sospiż: Zebina.
Indisponibbli: Buffon, Chiellini, Giovinco, Amauri, Paolucci, Caceres.
SIENA (4-1-4-1): Curci; Rosi, Cribari, Pratali, Del Grosso; Ekdal; Reginaldo, Vergassola, Tziolis, Ghezzal; Maccarone. Kowċ: Malesani.
Reserves: Pegolo, Terzi, Jarolim, Codrea, Jajalo, Larrondo, Calaiò.
Sospiż: ħadd.
Indisponibbli: Parravicini, Rossettini.
REFEREE: Carmine Russo.
Matthew Scerri
March 14, 2010 01:22pm
Difiża Franċiża

Juventus jista’ jkollhom difiża Franċiża fl-istaġun li jmiss. Dan l-għaliex barra Bonucci qegħdin jiġu segwiti anki Philippe Mexes ta’ Roma u Adil Rami ta’ Lille. Rami hu plejer b’saħħtu fiżikament u hu meqjus wieħed mill-aqwa plejers tal-kampjonat Franċiż minkejja li għad għandu biss 24 sena.
Matthew Scerri
March 14, 2010 10:10am
Sebgħa neqsin għal Juventus

Għoxrin plejer konvokat minn Zaccheroni għall-isfida bejn Juventus u Siena. Huma sebgħa l-plejers neqsin: Zebina sospiż, u l-imweġġgħin Buffon, Caceres, Giovinco, Amauri, Paolucci u Chiellini. Chimenti rkupra u jagħmel parti mil-lista ta’ plejers imsejħa.
Il-lista tal-konvokati:
4 Felipe Melo 5 Cannavaro 6 Grosso 7 Salihamidzic 8 Marchisio 9 Iaquinta 10 Del Piero 12 Chimenti 13 Manninger 16 Camoranesi 17 Trezeguet 18 Poulsen 21 Grygera 22 Sissoko 26 Candreva 28 Diego 29 De Ceglie 33 Legrottaglie 39 Marrone 41 Pinsoglio
Matthew Scerri
March 14, 2010 10:06am
Il-Primavera mwaqqfa mill-maltemp

Il-partita tat-tim Primavera kontra Parma tal-bieraħ ma ntlagħbitx minħabba l-maltemp. Minkejja li ma lagħbux, iżgħażagħ Bianconeri baqgħu l-leaders inkontrastati tal-grupp A tal-kampjonat nazzjonali Primavera bi tmien punti vantaġġ fu Sampdoria.
Matthew Scerri
March 14, 2010 09:56am
