Hall of Fame...kun protagonist anki int!
.jpg)
Juventus Football Club qegħdin jistiednu lis-supporters Bianconeri miktubin fil-Juventus Member jew fil-Juventus DOC sabiex jagħżlu l-aqwa plejers ta’ kull żmien u b’hekk tinħoloq ‘Hall of Fame’ fl-istadium il-ġdid ta’ Juventus. Il-kunċett ta’ ‘Hall of Fame’ hu popolari ħafna fil-USA, u Juventus se jużawh biex jintgħażlu l-aqwa ħamsin plejer ta’ dejjem li libsu l-flokk Juventin. Dawn il-ħamsin plejer se jkunu mbagħad imniżżla fuq stilel tal-fidda li se jkunu esibiti fil-mużew tal-istorja Bianconera li qiegħed jiġi mħejji. Kull tesserat fil-Juventus Member jew fil-Juventus Doc jista’ jivvota online (mill-website www.juventus.com) għal ħames plejers minn lista ta’ ismijiet ta’ plejers leġġendarji. F’din il-lista jidhru l-ismijiet kollha ta’ plejers li skorjaw aktar minn 100 gowl jew inkella lagħbu 150 partita ma’ Juventus, kif ukoll il-captains kollha u dawk li rebħu l-Ballun tad-Deheb.
Inħeġġu lil kulħadd biex jipparteċipa ħalli anki s-supporters Maltin ta’ Juventus ikollhom vuċi fl-għażla tal-aqwa ħamsin plejer ta’ kull żmien ta’ Juventus!
Matthew Scerri
February 08, 2010 06:35pm
