Melo sospiż kontra Genoa

0210C_3_Media_984171_immagine_l.jpg

Il-Giudice Sportivo, Gianpaolo Tosel, issospenda ħdax-il plejer fis-Serie A, fosthom anki Felipe Melo li se jkun nieqes kontra Genoa. Il-plejers sospiżi huma: Maggio (Napoli), Melo (Juventus), C. Lucarelli (Livorno), Barreto (Bari), LLama (Catania), Maccarone (Siena), Moretti (Genoa), Nocerino (Palermo), Paci u Panucci (Parma) u M.Rossi (Sampdoria).

Il-Bianocneri weħlu anki multa ta’ 10.000 Ewro minħabba s-solita problema li s-supporters xegħlu flares u tefgħuhom fuq l-avversarji. Saħansitra kien hemm anki waqfa tal-partita għal ftit ħin minħabba dawn il-flares.

Matthew Scerri


February 08, 2010 05:12pm