Mercato News 29/7

GILARDINO MHUX SE JICCAQLAQ
F’intervista fuq “La Nazione” Alberto Gilardino zvela li tkellem ma’ Mihajlovic u assigurah li se jibqa’ ma’ Fiorentina minkejja ghidut li jriduh jinghaqad ma’ Juventus jew O.Marseille. Skont hu l-ahbarijiet dwar l-interessament ta’ Juventus huma biss invenzjonijiet tal-gazzetti.
HAFNA KANDIDATI GHAD-DIFIZA
Il-lista ta’ kandidati ghall-post ta’ difensur centrali ma’ Juventus hi twila ferm. Del Neri jixtieq lil tnejn mill-plejers li kkowcja fil-passat u li baqa’ qalbu marbut maghhom: Thomas Manfredini ta’ Atalanta u Gastaldello ta’ Sampdoria. Qeghdin jigu segwiti anki Andrea Masiello (Bari), Santacroce (Napoli), Paolo Cannavaro (Napoli) u Salvatore Bocchetti (Genoa).
CALIENDO JIKKONFERMA LI TREZEGUET SE JIBQA’ MA’ JUVE
Antonio Caliendo, l-agent ta’ David Trezeguet, iddikjara pubblikament li Juventus iridu jzommu lill-attakkant Franciz u ghaldaqstant m’hemmx iktar dubji fejn se jilghab Trezeguet fl-istagun 2010/11.
OFFERTA TA’ ARSENAL GHAL MELO
Arsenal huma serjament intenzjonati li jiffirmaw lil Felipe Melo. Ftit gimghat ilu kien ipproponew lil Juventus bdil “on equal terms” ma’ Gael Clichy. Juventus ma kienux accettaw peress li jemmnu li Melo jiswa iktar minn Clich. Issa l-website Viola News tirraporta li Arsenal regghu avvicinaw lil Juventus u din id-darba offrew lil Clichy flimkien ma’ 10 miljuni ghal Melo.
YAGO MA’ VILLAREAL B
Mill-website ufficjali taghhom, Villareal B habbru li hadu b’self, b’opzjoni li jkunu jistghu jakkwistawh is-sena d-diehla, lil Yago Silva Falque.
PSG FUQ ZEBINA U CAMORANESI
Skont stazzjoni tar-radju minn Parigi, PSG huma interessati f’Zebina u Camoranesi. Huma lesti joffru madwar 8 miljuni ghat-tnejn li huma. Juventus ovvjament lesti jaccettaw, izda rridu naraw x’inhi l-intenzjoni tal-plejers li diga’ rrifjutaw diversi offerti.
BAMBA JINGHAQAD MA’ DIJON
Il-full-back tat-tim Primavera ta’ Juventus, Abdoulaye Bamba (20 sena) se jmur jilghab fil-kampjonat Franciz ma’ Dijon. Il-klabb jilghab fil-Ligue 2 ta’ Franza.
CUNEAZ MA’ ALESSANDRIA
Tkompli l-karriera professjonistika ta’ wiehed mill-prodotti tas-settore giovanile ta’ Juventus. Fil-fatt Andrè Cuneaz se jilghab fl-istagun li jmiss ma’ Alessandria.
Matthew Scerri
July 29, 2010 07:03pm
