Restyling mal-linji

Għal Jannar Juventus mistennija jippruvaw jakkwistaw sostituti full-backs ta’ valur maż-żewġ linji. Mal-lemin il-kandidat favorit hu Mattia Cassani ta’ Palermo, li hu prodott tas-settore giovanile ta’ Juventus. Mal-linja xellugija qegħdin jissemmew Ziegler (li jidher mwiegħed lil Juventus għal Ġunju li ġej meta jintemmlu l-kuntratt), Capdevila u Tremoulinas.
Matthew Scerri
September 06, 2010 02:24pm
Diversi ismijiet mill-Amerka t'Isfel

L-Amerka t’Isfel hu kontinent li kontinwament jipproduċi talenti ta’ fama mondjali. Is-sigriet tal-klabbs Ewropej hu li jiskopru dawn it-talenti meta’ jkunu għadhom mhux magħrufin u jagħtuhom l-opportunita’ li jimmaturaw fil-futbol Ewropew. Għal din ir-raġuni jintbagħtu scouts biex isegwu l-partiti u jiskopru t-talenti. Permezz tal-istruttura l-ġdida tal-iscouting fl-Amerka t’Isfel, Marotta u Paratici jridu jiskopru l-plejers ta’ klassi tal-futur. F’dan is-sens jingħad li Juventus huma interessati f’Paulo Henrique Ganso, midfielder offensiv ta’ Santos; kif ukoll fil-Crespo l-ġdid, Funes Mori ta’ River Plate. Anki il-midfielder Giuliano ta’ Internacional de Porto Alegre hu fil-mira ta’ Juventus.
Matthew Scerri
September 06, 2010 02:20pm
Scouts ġodda għall-Amerka t'Isfel

Marotta u Paratici m'humiex kuntenti bl-iscouts fl-Amerka t'Isfel u għaldaqstant iddeċidew li jneħħu mill-inkarigu tagħhom lil Angel Moretto u Junior Chavari. Dawn it-tnejn kienu l-iscouts Bianconeri għall-Amerka t'Isfel imma naqsu milli jsibu talenti filwaqt li Milan ftit snin ilu kienu sabu lil Kaka u Pato, u Inter skoprew lil Coutinho. Issa se jinħatru scouts ġodda bit-tama li jwasslu għal riżultati aqwa.
Matthew Scerri
September 05, 2010 07:58pm
Marotta jibda jaħdem għal Lukaku

Magħluq il-mercato, Marotta bagħat rappreżentanti ta' Juventus biex jibdew il-kuntatti ma' Romelu Lukaku, l-attakkant Belġjan ta' Anderlecht meqjus id-Drogba il-ġdid. Fuq il-plejer hemm il-klabbs il-kbar kollha tal-Ewropa u Marotta jrid kemm jista' jkun jantiċipa l-mossi li dawn jistgħu jagħmlu.
Matthew Scerri
September 05, 2010 07:45pm

