KAMPANJA TESSERAMENTI 2011/12

DHUL B'XEJN fil-Club ghall-membri KOLLHA waqt il-partiti ta' Juventus!

Infethet ufficjalment il-kampanja tesseramenti tal-Club taghna ghall-istagun 2011/12. Is-supporters Juventini kollha tal-gzejjer Maltin se jkunu jistghu jinktibu membri fil-Club taghna u jgawdu minn serje ta' vantaggi, li huma:

1. Souvenir ufficjali tal-Club taghna li din is-sena jikkonsisti f'picnic cooler
2. Kalendarju size A3 tas-sena 2012
3. Pocket fixture list
4. Dhul b'xejn fil-Club waqt il-partiti kollha ta' Juventus
5. Invit ghal Christmas Party minghajr hlas
6. Hargiet tal-magazine 'Il-Juventin' li jitwasslu bil-posta d-dar matul l-istagun
7. Prijorita' fl-attivitajiet lokali tal-Club taghna
8. L-ewwel preferenza fuq ix-xiri ta' biljetti ghall-partiti ta' Juventus

Adulti ...................... 35 Ewro
Under 16 ................. 20 Ewro
Family Pack ............. 70 Ewro
Life Member ........... 300 Ewro
Family Life Member.. 450 Ewro

Hemm ukoll l-iskema li ggib l-isem ta' Special Member. Din tiswa 70 Ewro u apparti mill-vantaggi li hawn imsemmija hawn fuq, kull persuna li tinkiteb fl-iSpecial Member tkun awtomatikament irregistrata direttament fil-Juventus DOC ta' Turin.

Il-kampanja tesseramenti hi ufficjalment miftuha. Il-hlas jista' jsir fil-premises taghna kull nhar ta' Tlieta, Hamis u Gimgha mis-6.30 p.m. sat-8.30 p.m. Il-hlas jista' jsir ukoll bil-posta billi jintbaghat cekk pagabbli lil 'Juventus Club Malta' fl-indirizz: Juventus Club Vero Amore (Malta 1975), Triq Madre Maria Teresa Spinelli, Birkirkara.

Membership Form

Kindly, send cheques with membership fee by post. DO NOT send any cash.