
Il-belt ta' Turin hi c-centru politiku u amministrattiv ewlieni tar-regjun Taljana tal-Piemonte, kif ukoll hi belt mimlija storja, arti u kultura. Orginarjament imwaqqfa mir-Rumani, Turin matul is-snin dejjem okkupat rwol importanti fl-istorja. B'mod partikolari Turin tibqa' maghrufa talli kienet l-ewwel belt kapitali tan-nazzjon Taljan fl-1861, anzi kienet propju mill-istruttura politika tar-Regnu tal-Piemonte u s-Sardegna, bil-kapitali tieghu f'Turin, li nghatat l-ispinta deciziva ghall-unifikazzjoni tal-Italja.
Turin hi belt nobbli u aristokatika li taf l-identita' taghha lill-House of Savoy li zammet kontroll politiku fuq Turin ghal mijiet ta' snin. Il-prezenza f'Turin tal-House of Savoy kien determinanti biex il-belt setghet tipprospera u ssir centru importanti ta' kultura. Ghal din ir-raguni fil-belt insibu ezempji mill-aqwa ta' arkitettura Barokka, Rococo, Neo-klassika u Art Nouveau. Il-maggor parti tal-palazzi fic-centru ta' Turin (bhal per ezempju Palazzo Madama) kienu ddisinjati mill-arkitett Filippo Juvarra fuq tahlita ta' stil Barokk u klassiku tipo Versailles. Famuzi ferm il-palazzi fil-perifierija ta' Turin u li jappartjenu lil House of Savoy, specjalment Palazzina di caccia di Stupinigi u Venaria Reale.
Mil-lat tal-kwalita' tal-hajja, Turin hi belt kwieta minkejja li ghandha popolazzjoni ta' zewg miljuni persuni. L-ambjent hu suggestiv immens grazzi ghall-prezenza tal-muntanji tal-Alpi u x-xmara Po li taqsam lill-belt. Bizzejjed wiehed jivvjagga ftit minuti mic-centru tal-belt li jsib ruhu fil-kampanja spettakolari tal-periferija ta' Turin. Sestriere u Bardonecchia huma skying resorts popolari ferm fl-Italja, filwaqt li fil-bqija tal-kampanja hemm produzzjoni agrikolari mill-ifjen, specjalment l-inbid.
It-turist li jzur Turin isib hafna postijiet ta' interess: muzewijiet, knejjes, palazzi, teatri. Maghrufin mad-dinja kollha huma l-Lizar ta' Kristu, li jinsab fid-Duomo ta' Turin u li skont it-tradizzjoni kristjana hu l-lizar li ntuza' fid-difna ta' Kristu; kif ukoll il-Muzew Egizju, l-ikbar wiehed fid-dinja wara dak tal-Kajr. Is-simbolu tal-belt hu rapprezentat mill-Mole Antonelliana, struttura stupenda li llum tospita l-muzew tac-cinema. Dawn l-attrazzjonijiet turistici u ohrajn, jaghmlu Turin wahda mill-250 l-aktar bliet vizitati fid-dinja, u l-ghaxar bliet l-akbar numru ta' turisti fuq it-territorju Taljan.
Finalment Turin hi wkoll belt industrijali, anzi taghmel parti mit-trianglu industrijali flimkien ma' Milan u Genoa. Il-FIAT hu koloss industrijali u ghen lin-nazzjon Taljana tiehu spinta fil-process ta' industrijalizzazzjoni wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
Ghall-ahbarijiet aggornati fuq l-attivitajiet kulturali, informazzjoni fuq l-akkomodazzjoni fil-belt ta' Turin inheggek izzur il-websites: www.visitatorino.com u www.comune.torino.it/canaleturismo.
Il-membri tal-Club taghna li huma tesserati fil-Juventus DOC jistghu japplikaw, matul il-mawriet taghhom Turin, ghall-Walk About u dhul fit-training grawnd ta' Vinovo. Ic-Centro Coordinamento Juventus Club jorganizza minn zmien ghal zmien open days fit-training grawnds ta' Vinovo fejn is-supporters jkunu jistghu jassistu ghat-training tal-iskwadra Bianconera mit-tribuna mhejjija apposta. Il-Kumitat jaghmilha cara li Vinovo jkun miftuh ghas-supporters biss fid-dati mhabbra mic-Centro Coordinamento. Barra dawn id-dati ma jkunx possibbli li niksbu permessi ghad-dhul f'Vinovo.
Attivita ohra li ghaliha t-tesserati fil-Juventus DOC jistghu jippartecipaw hi l-Walk About, jigifieri dawra fid-dressing rooms u fil-pitch tal-istadio Olimpico ta' Turin qabel il-partita.
Il-Club jaghmel l-arrangamenti ghall-membri li jkunu jridu jinkitbu ghal dawn iz-zewg attivitajiet. Naghmlu appell biex min ikun interessat javzana kemm jista' jkun kmieni peress li l-postijiet disponibbli jkunu ftit u rridu nikkompetu ghalihom mas-supporters tad-dinja kollha. Il-postijiet jigu assenjati mic-Centro Coordinamento fuq il-bazi ta' first come first served.




















