Agnelli kellu laqgħa f’Casa Milan

Andrea Agnelli llum kellu laqgħa fil-kwartieri ġenerali ta’ Milan, Casa Milan. Għal-laqgħa jidher li kien preżenti anki Zhang. Jidher li t-tliet klabbs il-kbar tal-Italja qed jiftehmu fuq strateġija komuni dwar it-tv rights u l-ftuħ mill-ġdid tal-istadiums sa massimu ta’ 25% tas-seating capacity ta’ kull grawnd. Il-klabbs iridu li l-proposti komuni tagħhom jitressqu u jingħata l-piż li ħaqqhom fil-laqgħa tal-Lega Calcio kontra l-ħafna piki u gambetti ta’ Lotito, De Laurentis u ħafna timijiet żgħar li qed jaraw biss l-interess tagħhom minflok qed jaħdmu għall-ġid tal-futbol Taljan in ġenerali.

Matthew Scerri