Aktar problemi għal Dazn

Wara li ma rnexxilhomx ixandru Inter-Cagliari minħabba problemi tekniċi, Dazn naqsu milli jittrasmettu anki Verona-Lazio u l-partita tas-Serie B, Reggina-Vicenza. Dazn spjegaw li l-problema teknika ma kinitx min-naħa tagħhom, imma kienet dovuta għal xi problemi fuq servers ta’ kumpanija esterna li Dazn jinqdew biha. Dil-problema jidher li laqtet diversi kumpaniji Ewropej.

Matthew Scerri