Alex Sandro fadallu madwar xahar barra

Alex Sandro mhux se narawh qabel it-tieni nofs Novembru. Pirlo spjega waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum li Sandro għalissa għadu mhuwiex lest għal-logħob wara li kellu injury aktar kmieni fil-bidu tal-istaġun. Skontu, Alex Sandro se jkun qed isegwi programm personalizzat u waqt il-waqfa ta’ nofs Novembru se jsir xogħol atletiku sabiex ikun mija fil-mija f’sikktu wara l-impenji tat-timijiet nazzjonali.

Matthew Scerri