Allegri jgħid tiegħu dwar it-tluq ta’ Ronaldo

“Ilbieraħ tkellimt ma’ Cristiano u għarrafni li mhuwiex intenzjonat jibqa’ ma’ Juventus. Minħabba f’hekk mhux se jkun mgħajjat għall-partita kontra Empoli u dalgħodu ma ttrenjax mat-tim”. Hekk tkellem Allegri fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Juventus-Empoli. Hu sostna li dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru sakemm is-suq tat-trasferiment ikun għadu miftuħ. Fi kliemu Juventus fil-passat tilfu nies bħal Sivori, Platini, Zidane, Del Piero u Buffon, u li issa jridu jgħaddu mingħajr Ronaldo. Skontu Juventus għandhom diversi plejers li kapaċi jiskurjaw u li f’dan l-istadju qed jaħdem iktar biex it-tim jaqla’ inqas gowls.

Matthew Scerri