Allegri jindika li Pjanic jista’ jkun qed jirritorna ma’ Juventus

Massimiliano Allegri llum ikkonferma indirettament li Miralem Pjanic jista’ jkun qed jirritorna ma’ Juventus. Fil-fatt hu kien qed iwieġeb għal domanda dwar min se jagħti l-free-kick. Allegri qal: “Ronaldo jixxuttja mill-bogħod. Dybala jixxuttja mix-xellug. Forsi jiġi xi ħadd li jixxuttja mil-lemin. Issa naraw.” Kollox jindika li hu kien qed jirreferi għal Pjanic. Nafu kemm Allegri jħobb lil Pjanic u m’hemmx dubju li hu jridu lura fit-tim Juventin.

Matthew Scerri