Approvata r-riforma taċ-Champions League

L-Eżekuttiv tal-Uefa llum approva r-riforma taċ-Champions League li se tidħol fis-seħħ fl-2024. It-timijiet li se jieħdu sehem se jitilgħu minn 32 għala 36, b’kull tim ikollu garantit li jilgħab 10 partiti kontra timijiet differenti. Permezz ta’ dir-riforma, l-Uefa trid tiggarantixxi aktar dħul għal min jieħu sehem. Skont ħafna din hi r-risposta tal-Uefa għas-Super League. Il-kwistjoni kollha tibqa’ marbuta ma’ kemm se tkun attraenti kompetizzjoni mingħajr l-aqwa timijiet u l-aqwa plejers tad-dinja.

Matthew Scerri