Entries by Aleandro Bartolo

Bħal-lum fil-passat (21 ta’ Settembru)

Komplessivament fl-istorja ta’ Juventus insibu 19-il partita bejn kampjonat, Coppa Italia u Tazza tal-Fieri li Juventus lagħbu fil-jum tal-21 ta’ Settembru. F’dawn id-19-il konfront kellna 12-il rebħa Juventina, 5 draws u 2 telfiet. L-ewwel partita li qatt intlagħbet mill-Bianconeri fil-21 ta’ Settembru kienet Juventus-Sampdoria 4-1 tal-kampjonat fl-1947. Hawn taħt tistgħu ssibu l-filmat bl-aqwa siltiet ta’ […]

Bħal-lum mill-passat (20 ta’ Settembru)

Filmat tassew rari tat-Tazza taċ-Champions tal-1961 għas-sensiela tagħna li ġġib l-isem ta’ “Bħal-lum mill-passat”. Fl-20 ta’ Settembru 1961 Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Panathinaikos. Il-partita ntemmet 1-1. Il-gowl ta’ Juventus kellu l-firma ta’ Mora.

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Settembru)

Inkomplu bis-sensiela ta’ partiti mill-passat. Illum se nwasslulkom filmat ta’ partita tat-Tazza taċ-Champions tas-snin Tmenin. Fis-17 ta’ Settembru 1986 il-holders Juventus għelbu lil Valur bl-iskor ta’ 7-0. Fost l-oħrajn kellna hattrick ta’ Laudrup.

Indifendibbli

Sfortunatament ilbierah kelli nassisti direttament fl-istadium ghad-disfatta u kollass kolossali li kellna kontra l-benfica. Kwazi kwazi lanqas nixtieq naghmel analizi fuq il-partita ghaliex nirrepeti d-diskors li dejjem ktibt fl-artikli ta’ qabel. Izda nkun nixtieq nara l-oppinjoni taghkom fil-kummenti. Nista nassigurakom illi meta tara l-loghba mit-televizjoni tara l-problemi tattici li hemm fit-tim izda meta issegwi direttament […]

Ħamsa u tletin sena ilu Giampiero Boniperti kien fostna

Illum qed niċċelebraw rikorrenza importanti hekk kif proprju bħal-lum ħamsa u tletin sena ilu kien fostna Giampiero Boniperti. Hawn taħt qed inġibu silta mill-ktieb Iswed u Abjad. L-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) fejn tingħata informazzjoni dettaljata dwar din iż-żjara storika. Boniperti u l-ġerarkija Juventina fostna Meta l-eku tas-suċċessi tal-era Platini […]

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Settembru)

Illum qed inwasslulkom partita mit-Tazza Uefa li ntlagħbet bħal-lum fl-1989. L-avversarji kienu Gornik Zabrze, tim Pollakk li ftit tal-jiem qabel Scirea kien mar josserva u jifli mill-qrib biex imbagħad fi triqtu spiċċa tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 0-1 b’Zavarov jagħti rebħa lil Juventus.