Entries by Aleandro Bartolo

Kif se jkunu mqassmin it-timijiet fl-urni tal-poloz taċ-Champions League

Illejla se jkollna t-tlugħ tal-poloz tal-gruppi taċ-Champions League 2020/21. It-timijiet, bħal dejjem, se jkunu maqsuma f’erba’ gruppi kif ġej: Urna 1: Bayern Munich (Ġer), Sevilla (Spa), Real Madrid (Spa), Liverpool (Ing), Juventus (Ita), PSG (Fra), Zenit (Rus), Porto (Por). Urna 2: Barcellona (Spa), Atletico Madrid (Spa), Manchester City (Ing), Manchester United (Ing), Shakhtar Donetsk (Ukr), Borussia Dortmund (Ġer), […]

Statistika dwar konfronti tal-passat bejn Juventus u Napoli

Juventus u Napoli ltaqgħu b’kollox 173 darba s’issa f’konfronti uffiċjali. Komplessivament Juventus kisbu 81 rebħa, kien hemm 53 draw, filwaqt li r-rebħiet ta’ Napoli kienu jammontaw għal 39. Fl-istorja tas-Serie A nsibu li s’issa ntlagħbu 148 konfront bejn Juventus u Napoli. Minnhom Juventus rebħu 69 partita, kien hemm 47 riżultat ta’ draw u 32 rebħa […]

Illejla l-poloz tal-gruppi taċ-Champions League

Illum fil-5 ta’ waranofsinhar se jittellgħu l-poloz tal-Uefa Champions League 2020/21. Illejla nkunu nafu min se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-gruppi. Fl-istess ċerimonja se jkunu ppremjati anki l-aqwa plejers tal-istaġun li għadda. Bħal dejjem se nżommukom aġġornati dwar dak kollu li se jkun qed jiġri. Matthew Scerri

Fiorentina riedu lil Demiral

Sky żvelaw li Fiorentina għamlu tentattiv biex jiskbu lil Demiral. Fil-fatt huma pproponew lil Juventus bdil bejn Demiral u Chiesa. Madankollu Juventus ma ridux jafu li jaċċettaw dat-tip ta’ ftehim. Matthew Scerri

Issa hemm 15-il każ ta’ Covid fit-tim ta’ Genoa

Il-każijiet ta’ Covid fit-tim ta’ Genoa telgħu għal ħmistax. Fi stqarrija l-klabb żvela l-ismijiet tal-plejers u l-membri tal-istaff li jinsabu pożittivi. Dawn huma: Valon Behrami, Francesco Cassata, Lukas Lerager, Federico Marchetti, Filippo Melegoni, Luca Pellegrini, Mattia Perin, Marko Pjaca, Ivan Radovanovic, Lasse Schöne u Davide Zappacosta. Apparti dawn il-ħdax-il plejer, hemm anki erba’ membri mill-istaff […]

Is-soltu teatrin! Għad m’hemmx deċiżjoni dwar Genoa-Torino u Juventus-Napoli

Il-Lega Calcio lbieraħ ma waslet għal ebda konklużjoni dwar jekk il-partiti Genoa-Torino u Juventus-Napoli għandhomx jitħassru jew le. B’mod partikolari kien hemm diskussjoni twila dwar Genoa-Torino hekk kif issa Genoa għandhom 15-il persuna infettata (11-il plejer u 4 persuni mill-istaff tal-kowċ). Jidher li Torino bdew jopponu li l-partita titħassar anki għax ir-regolamenti ma jgħidu xejn […]

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Diċembru)

Inkomplu s-sensiela ta’ filmati mill-passat Juventin. Bħal-lum fl-1971 Juventus għelbu lil Torino f’Derby missielet. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 2-1, b’Anastasi u Capello jiskurjaw il-gowls Juventini.