Entries by Darren Micallef

Avviz dwar Biljetti ta’ Finali Eventwali tal-Coppa Italia

Il-Kumitat jinforma li għalissa peress li għad fadal tintlagħab il-partita tar-ritorn kontra Lazio, il-Club ma għad għandu ebda informazzjoni dwar xi allokazzjoni eventwali ta’ biljetti. Fl-eventwalita’ li Juventus tasal fil-Finali u l-Club jiġi allokat biljetti mil-JOFC, dawn se jkunu disponibbli biss lil min laħaq irreġistra fil-Fan Club. Is-sħubija fil-Fan Club illum tinsab magħluqa għaldaqstant ma […]

Rigali Fan Club 2023/24

Ir-rigali relatati mas-sħubija fil-Fan Club waslu ġewwa l-uffiċju għaldaqstant qegħdin nistednukom sabiex tgħaddu tiġbruhom minn l-aktar fis kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus. Infakkrukom li min ħallas €23 jew €16 f’kas ta’ tfal huwa intitolat għal rigal wieħed li huwa kontenitur tax-xorb […]

26 ta’ Awwissu – BBQ ġewwa l-Club

Il-Kumitat qiegħed jorganizza BBQ ġewwa l-Club nhar is-Sibt 26 ta’ Awwissu mis-7.30pm il-quddiem. Il-prezz huwa dak ta’ €23. Kull min hu interessat huwa mitlub li jċempel fuq in-numru 99869557 jew izurna l-uffiċju kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm. Tħallux għall-aħħar, niltaqgħu dakinhar! L-għazla tal-ikel hija magħmula minn Appetizers – Bigilla – […]

Biljetti għall-Finali tal-Europa League

Il-Club illum ġie infurmat permezz ta’ avviz short notice li se jkollu jaħdem b’sistema differenti minn tas-soltu għall-biljetti tal-Finali tal-Europa League. Sfortunatament ingħatajna tassew ftit zmien sabiex ninfurmaw bin-numru ta’ talba għal biljetti. Dan għandu jsir saħansitra qabel ma nkunu nafu jekk aħniex se nkunu fil-Finali sa nhar il-Ħamis li ġej 18 ta’ Mejju fis-2pm […]

Biljetti għas-Semi Finali tal-Europa League kontra Seville

Nhar il-Ħadd 23 ta’ April fis-7.00pm se nibdew naċċettaw bookings minn ġewwa l-uffiċju għall-biljetti kemm home kif ukoll away tas-Semi Finali tal-Europa League kontra Seville li se jintlagħbu rispettivament fil-11 ta’ Mejju ġewwa Turin u fit-18 ta’ Mejju ġewwa Sevilla. Għaldaqstant nistednukom biex taqraw u tifhmu r-regolamenti dwar il-bookings ta’ biljetti li se jiġu applikati […]

Pass Wara Pass

Bid-dgergir ta’ hafna minnha nkluz jien u l-kritika kollha lil Allegri, l-players ingenerali u s-sistema ta’ loghob ninsabu hemm mwahhlin ma’ ta’ quddiem s’issa erba punti biss il-boghod mil-leaders Napoli. Tqis iz-zewg punti misruqin kontra Salernitana u zewg punti misruqin kontra Roma u konna nsibu ruhna fuq nett minkejja l-injuries u l-problemi kollha li hemm. […]

Party tas-sena ġdida għall-membri 2022/23

L-appuntament annwali bħala ringrazzjament mistenni mill-membri tagħna, il-Party tas-sena l-ġdida se jsir nhar il-Ġimgha 13 ta’ Jannar qabel il-partita kontra Napoli bejn 7pm u 8.30pm. Se jkun hemm varjeta’ kbira ta’ fingerfood tal-aqwa kwalita’ ġentilmemt miġjuba mingħand Dolceria Barigozzi li huma l-catering sponsor uffiċjali tal-klabb. IMPORTANTI li l-membri jġibu magħhom it-tessera tal-klabb. Il-ħlas għal min […]

Cinch bag mas-sħubija fil-Fan Club

Dan l-istaġun 2022/23 il-JOFC ħasbu biex jagħtu rigal zghir lil kull min għażel li jirreġistra fil-Fan Club. Għaldaqstant kull min hu intitolat għal wieħed jista’ jżur l-uffiċju tal-Club jew jibgħat rappreżentant tiegħu sabiex jiġbru f’ismu kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis mis-6.30pm sat-8pm jew minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus. Grazzi

E-mail address ġdid għall-klabb

Il-Kumitat jixtieq jinforma li minħabba raġunijiet tekniċi, b’effett immedjat l-indirizz email ġdid tal-klabb huwa [email protected] Għaldaqstant kull korrispondenza li wieħed jixtieq jagħmel permezz tal-email huwa mitlub li ma jużax iktar l-indirizz il-qadim iżda minflok juża dan ta’ hawn fuq. F’każ ta’ diffikulta’ tistgħu tikkuntattjawni fuq in-numru 79618994. Grazzi Darren Micallef Uffiċjal Tesseramenti Assistent Segretarju u […]

Informazzjoni ġenerali dwar il-biljetti tal-Finali tal-Coppa Italia

Ilbieraħ il-Lega ħabbret id-dettalji tal-bejgħ tal-biljetti tal-Finali kontra Inter li se ssir f’Ruma nhar il-Erbgħa 11 ta’ Mejju. Nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju biss minn siegħa qabel sa siegħa wara l-partita kontra Venezia se nkunu qed nilqgħu ġewwa l-uffiċju tal-Club il-ħlas sħiħ tal-biljetti fis-setturi mixtieqa fuq bażi first come first served. Jistgħu jitolbu biljett biss […]