Entries by Matthew Scerri

Tlieta dubjużi għal Sampdoria-Juventus

Tliet plejers Juventini jinsabu dubjużi għall-partita Sampdoria-Juventus. It-tliet plejers huma Bonucci, Zakaria u Fagioli. Bonucci probabbli se jkollu jitlef il-partita, filwaqt li Zakaria u Fagioli se jkunu qed jagħmlu sforz biex ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Allegri. Nafu li Zakaria kellu bugħawwiġ lejn tmiem il-partita kontra Sassuolo u milli jidher matul dil-ġimgħa ma setax jittrenja sew minħabba […]

Aġġornament dwar l-injury ta’ Pogba. S’issa kollox miexi sew

Fl-aħħar ġimagħtejn ma kellna ebda stqarrija uffiċjali min-naħa ta’ Juventus dwar kif sejjer Pogba bit-terapija li qed jingħata. Nafu li qed isegwi programm ta’ fiżjoterpija f’pixxina. Sorsi qrib il-klabb Juventin, liema sorsi però mhumiex sostanzjati minn aħbarijiet realment uffiċjali, qed isostnu li t-trattament qed iħalli l-effett mixtieq. Pogba m’għadux iħoss uġigħ u daqt se jkun […]

Min jista’ jitlaq min-nofs il-grawnd Juventin

Diversi plejers fin-nofs il-grawnd ta’ Juventus mhumiex ċerti li finalment se jibqgħu tassew ma’ Juventus. Nafu li Rabiot mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester United. Juventus kienu qed jittamaw li jbigħuh sabiex jagħmlu l-wisa’ għal Leandro Paredes. Il-midfielder ta’ PSG hu objettiv ewlieni biex jissaħħaħ nofs il-grawnd ta’ Juventus u għaldaqstant jista’ jkun li, […]

Il-programm tal-logħob tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m. Torino-Lazio: Piccinini Udinese-Salernitana: Aureliano Is-Sibt 20 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m. Inter-Spezia: Ghersini Sassuolo-Lecce: Colombo Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m Empoli-Fiorentina: Marchetti Napoli-Monza: Fourneau Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m. Atalanta-Milan: Maresca Bologna-Verona: Marcenaro It-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m Roma-Cremonese: Massimi It-Tnejn 22 […]

Pjaca għadu Turin

Mhuwiex Rabiot biss l-uniku plejer li Juventus sabu l-bejgħ tiegħu u li ma jridx jitlaq. Anki Pjaca rrifjuta t-trasferiment ma’ Sampdoria b’self. Mhux magħruf eżatt għala Pjaca ma jridx jilgħab għal Sampdoria. Li hu żgur hu li hu rrifjuta li jmur magħhom u bħalissa qed jittrenja mal-Under 23 sakemm jinstablu tim ieħor li jridu. Matthew […]

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Awwissu)

Aktar filmati mill-preseason Juventin tas-snin li għaddew. Bħal-lum fl-1999 Juventus kienu rebħu t-Trofeo Berlusconi billi għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa Juventina wasal minn Del Piero.

Rabiot-Manchester United. Sfaxxa kollox?

Rapporti li ħarġu fl-aħħar sigħat jindikaw li Manchester United mhux se jkunu qed jixtru lil Adrien Rabiot mingħand Juventus. Il-klabbs ilhom li laħqu ftehim bejniethom, biss il-klabb Ingliż ma jistax isib ftehim mal-plejer innifsu. Allegatament Rabiot talab paga ta’ 10 miljuni fis-sena, somma li Manchester United qed isiqu li hi eċċessiva. Barra minn hekk Rabiot […]

Di Maria barra għal għaxart ijiem (minn tal-inqas)

It-testijiet li sarulu llum ikkonfermaw l-injury muskolari fil-groin għal Angel Di Maria. Hu se jkollu jibqa’ wieqaf għal għaxart ijiem u wara dal-perjodu jsirulu testijiet oħra. Għaldaqstant mhux magħruf eżatt meta se jidħol lura fl-azzjoni. Matthew Scerri