About zeronlg
This author has not written his bio yet.
But we are proud to say that zeronlg contributed 349 entries already.
Entries by zeronlg
Illejla bidu ġdid…
11/09/2021 in Uncategorised /by zeronlgFid-dinja tal-futbol bidu ġdid jaf ifisser bidla għall-ahjar jew għal-għar. F’kollox hekk fil-verita. Illejla għal darb’oħra se nkunu qed nissapportjaw lit-tim ta qalbna f’wieħed mill-għar grawnds f’termini ta atmosfera u passjoni – Stadio Diego Armando Maradona ġewwa Napli. Fi kliem Cherubini nnifsu, illejla jerġa jibda proġett ġdid; bi plejers bħal Kaio Jorge, Chiesa, Dybala u […]
Ramsey mgħajjat mat-tim nazzjonali
30/09/2020 in News /by zeronlgAaron Ramsey reġa’ ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali ta’ Wales għall-partiti li se jilagħbu kontra l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Ungerija bejn it-8 u l-14 ta’ Ottubru. Matthew Scerri
Proposta għal bdil bejn Emerson Palmieri u De Sciglio
30/09/2020 in News /by zeronlgFil-jiem li għaddew Juventus allegatament ipproponew lil Chelsea bdil ta’ plejers b’self bejn Emerson Palmieri u De Sciglio. Skont Calciomercato.com Juventus riedu li l-plejers jiġu mibdula b’self dis-sena bid-dritt li jkunu akkwistati għal kollox is-sena d-dieħla għall-prezz differenti (20-25 miljun għal Emerson Palmieri; 10-15-il miljun għal De Sciglio). Chelsea madankollu rrifjutaw din l-offerta. Matthew Scerri
L-aġent ta’ Dybala għadu Turin
30/09/2020 in News /by zeronlgJorge Antun, l-aġent ta’ Dybala, għadu Turin skont IlBianconero.com. Hu wasal l-Italja madwar ħmistax-ilu u kien qed jakkumpanja lil omm Dybala. Issa jidher li se jibqa’ Turin sabiex, wara li jkun għalaq is-suq tat-trasferimenti, ikompli jiddiskuti l-kuntratt il-ġdid ta’ Dybala. Matthew Scerri
Għadu ‘l bogħod il-ftehim bejn Juventus u Khedira
30/09/2020 in News /by zeronlgKhedira ma jridx jaf! Hu assolutament ma jridx jaċċetta somma inqas minn 6 miljuni biex jittermina l-kuntratt ma’ Juventus. Il-Bianconeri min-naħa tagħhom qed joffrulu 2.5 miljuni. Kollox jindika li l-partijiet għadhom ‘il bogħod milli jsibu ftehim u jista’ jkun li finalment Khedira se jqatta’ sena oħra ma’ Juventus, mifrud f’daru basta jaqla’ s-6 miljuni tiegħu. […]
Kean eqreb lejn ritorn ma’ Juventus
30/09/2020 in News /by zeronlgCarlo Ancelotti m’għandu l-ebda oġġezzjoni li Kean jinbigħ u allura Raiola qed imexxi t-taħdidiet ma’ Everton biex l-attakkant Taljan jirritorna ma’ Juventus. Il-Bianconeri qed jipproponu self għal sentejn u wara jkun hemm dritt li jixtruh għal kollox, liema dritt isir obbligu jekk jintlaħqu ċerta miri stabbiliti minn qabel. Matthew Scerri
Ħadd mit-tim ta’ Napoli m’għandu l-Covid!
30/09/2020 in News /by zeronlgL-iswab tests tal-plejers u l-istaff ta’ Napoli kellhom kollha riżultat negattiv u allura s’issa ħadd ma jidher li ħa l-virus mingħand il-plejers ta’ Genoa l-Ħadd li għadda. Ma ninsewx, però, li t-tobba dejjem qalulna li jekk it-test isir kmieni wisq, il-virus jaf ma jinqabadx. Għada waranofsinhar se jsiru testijiet oħra. Matthew Scerri
Frabotta daqt se jkun offrut kuntratt ġdid
30/09/2020 in News /by zeronlgIl-wirjiet tajba mat-tim ta’ Pirlo se jwasslu biex daqt Gianluca Frabotta jkun offrut kuntratt ġdid. Hu se jkun qed jaqla’ paga li ftit plejers tas-Serie C għandhom, jiġifieri 200,000 Ewro fis-sena. Matthew Scerri
Il-Ministru Spadafora: “Mhuwiex il-każ li tieqaf is-Serie A”
30/09/2020 in News /by zeronlgIl-Ministru Taljan tal-Isports, Vincenzo Spadafora stqarr illum li għalissa mhuwiex il-każ li tieqaf is-Serie A minħabba l-Covid-19. Fi kliemu l-protokoll tal-FIGC hu tajjeb ħafna u ma jeħtieġ ebda bidla. Matthew Scerri
IKKUNTATJANA
Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.
Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS 79618994
Fejn ssibna
RATI SĦUBIJA MAL-CLUB
Adult ( 16 – 64 sena ) – €25
Anzjan ( 65 sena+ ) – €15
Żgħażagħ ( 13 – 15-il sena ) – €10
Junior ( 6 – 12-il sena ) – €5
Baby ( 0 – 5 snin ) – FREE