Entries by zeronlg

Alonso se jitlaq lil Chelsea. Juventus u Inter iriduh

Bħalissa għaddejja taqtigħa bejn Juventus u Inter għall-iffirmar ta’ Marcos Alonso. L-Ispanjol se jitlaq lil Chelsea wara li kellu battibekk qawwi ma’ Lampard fid-dressing room fi tmiem il-partita kontra West Bromwich. Hu evidenti li Chelsea ma jistgħux iktar iżommuh magħhom. Juventus u Inter jinsabu interessati fih. Juventus, imma, iridu qabelxejn ibigħu lil De Sciglio qabel […]

Dejjem iktar probabbli t-trasferiment ta’ Rugani ma’ Valencia

Valencia jinsabu f’taħdidiet ma’ Juventus għal Daniele Rugani. Il-klabbs qed jiddiskutu bejniethom fuq liema bażijiet se jseħħ it-trasferiment. Valencia talbuh b’self mingħajr ebda dritt jew obbligu li jixtruh għal kollox. Juventus, min-naħa tagħhom qed jitolbu somma bejn 20 u 25 miljun Ewro. Finalment jista’ jkun li l-partijiet isibu ftehim bejniethom fuq bażi ta’ self li […]

Fadal sitt ijiem u kollox għadu wieqaf

Ninsabu sitt ijiem ‘il bogħod mit-tmiem tal-kampanja trasferimenti. Fil-każ ta’ Juventus jidher li kollox għadu bblukkat minħabba li Paratici għadu ma sabx timijiet lesti jixtru lill-plejers li ilu jipprova jbigħ għal diversi ġimgħat. Nafu li jekk ma jbigħux, Juventus mhux se jkunu f’pożizzjoni li jixtru. Lanqas għadu nstab fethim ma’ Khedira biex ikun itterminat il-kuntratt […]

Illum se nkunu nafu jekk Juventus-Napoli hix se tintlagħab

Illum mistenni jkun hemm laqgħa straordinarja tal-Lega Calcio fejn fost l-oħrajan se jkun diskuss il-każ tal-14-il persuna ta’ Genoa pożittivi għall-Covid-19. Hu probabbli ferm li Genoa-Torino tas-Sibt tkun posposta. Fl-istess ħin anki Juventus-Napoli jaf titmexxa għal data oħra. Dalgħodu suppost insiru nafu r-riżultati tal-iswab tests li saru lill-plejers ta’ Napoli. Kif ktibna lbieraħ l-incubation period […]

Allegazzjoni miċħuda dwar it-trasferiment ta’ Han

L’Equipe llum allegaw li Juventus kisru istruzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda li odnaw lill-pajjiżi biex l-ebda persuna mill-Korea ta’ Fuq ma taħdem barra minn pajjiżha. L-allegazzjoni hi li Juventus ma setgħux ibigħu lil Han f’Jannar li għadda lil Al-Duhail. Mill-ewwel qam is-soltu kjass u ftit wara waslet ir-risposta tal-eks Senatur, Antonio Razzi li kien mexxa ftehim bilaterali […]

Ronaldo magħżul bħala l-Aqwa Plejer ta’ Roma-Juventus

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Roma u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 69% tal-voti, segwit minn Danilo (19%), filwaqt li fit-tielet post insibu lil Szczesny b’8% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri

Rabiot sospiż għal partita waħda

L-Imħallef tal-Isport issospenda lil Adrien Rabiot għal partita waħda fis-Serie A. Dan wara li l-Franċiż tkeċċa għal żewġ karti sofor kontra Roma. Rabiot issa se jkollu jitlef il-partita ta’ nhar il-Ħadd kontra Napoli. Matthew Scerri

Kean ma’ Juventus forsi grazzi għal Milik

Arek Milik jista’ finalment iwassal biex Juventus jiksbu r-raba’ attakkant tagħhom. Fil-fatt Everton huma interessati ferm fl-akkwist ta’ Milik u jekk jixtruh hu ovvju li Kean se jkun qed jinbigħ jew jinsilef lil Juventus. Intant fl-aħħar partita ta’ Everton, Ancelotti lanqas biss lagħab lil Kean sinjal li mhux vera jinsab fil-pjanijiet tiegħu. Matthew Scerri

Chiesa-Juve. Kollox jiddependi minn Douglas Costa

Federico Chiesa hu l-plejer li Juventus se jkunu qed jippruvaw jixtru sal-5 ta’ Ottubru meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Hemm rapporti li l-Bianconeri jridu lil Chiesa b’self għal sentejn bl-obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Qabel jiffinalizzaw dal-ftehim, però, Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Douglas Costa. Matthew Scerri