Bdil Dybala-Icardi?

Teżisti l-possibilità li das-sajf Juventus u PSG ipartu lil Dybala u Icardi skont Tuttosport. Il-bdil jista’ jsir minħabba raġunijiet ekonomiċi aktar milli tekniċi. Juventus jeħtieġu jagħmlu plusvalenza qawwija u l-bejgħ ta’ Dybala se jkun jista’ jippermettilhom jagħmlu dil-plusvalenza. Fl-istess ħin nafu li Dybala qed jitlob paga għolja u, kif qal Paratici lbieraħ, bħalissa hu żmien ta’ kawtela u prudenza mil-lat finanzjarju minħabba t-taqlib li l-Covid ġab miegħu fl-aħħar sena. Fi kliem ieħor, il-klabbs bħalissa ma jafux xi dħul se jkollhom fl-istaġun 2021/22 u għaldaqstant ma jistgħu jidħlu għal kuntratti ta’ pagi fenomenali. L-idea hi, insomma, li Juventus u PSG ipartu lil Dybala-Icardi bi prezzijiet imneffħin sew, liema somom mhuma qatt realment se jgħaddu minn klabb għall-ieħor. Hekk Juventus ikunu jistgħu inaqqsu d-deficit ta’ dis-sena u fl-istess ħin jiksbu plejer li żgur se jitlob paga inqas minn dik ta’ Dybala.

Matthew Scerri