Bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti

Illum ghazilt dan it-titlu ghaliex xorta wara li ghaddew jumejn minn deluzjoni kocenti wara l-eliminazzjoni kontra Villareal xorta ghadni nasal ghal l-istess konkluzjonijiet.

Apparti li fl-ewwel taqsima ma’ konniex daqshekk hazin u forsi jibqa l-fatt li konna ftit sfortunati fejn anka Vlahovic laqat il-lasti pero dan ma’ jnehhix l-fatt li ghadna m’ahniex b’mentalita la soda u wisq anqas rebbieha.

Kieku konna skwadra bl-attributi u bl-ghatx ghal rebha qed nilghabu gewwa darna konna naghmlu bhal timijiet ta’ livell u nitfaw lil Villareal gol-kaxxa taghhom u jekk jista jkun aggressivi loghba shiha.

Ergajna assistejna ghal tieni taqsima fejn tibda tiddubita jekk il-players taghna hadux il gamomilla ta’ l-irqad!! Nixtieq nkun naf id-diskors motivazzjonali tal- kowc taghna kif ikun u x’jghid! Tal- misthijja l-loghob il-hin kollu passes inutli minn naha ghal ohra tal-pitch fejn Villareal ma’ kellomx hlief jistennew u jintercettaw il-linji taghna.

Jien nistaqsi x’jiswa li tixtri l-aqwa attakkant u ma’ titfax ballun fuqu forsi mqar iggib freekick u nippruvaw nifthu l-iskor minn azzjoni wieqfa; x’jiswa illi l-unika freekick li kellna ukoll ma’ xuttjajnihx gol-lasti? X’jiswa li f’loghba ma’ ghandniex min jitfa cross tajjeb hlief Cuadrado meta jkollu aptit?

Il-konkluzjoni tieghi hi semplici, li ghandna bosta players veterani jiddispjacini nghid rabbew is-sadid u m’ghadhomx bil-motivazzjoni ta’ qabel, li ma jistax ikun nibqaw bla sistema u bla idejat ta’ loghba, li ma’ jistax ikun li dejjem f’dawn iz-zminijiet dejjem l-istess players ma’ nsibuwom qatt ghax residenti dejjem il-Jmedical u ma’hemmx ghalfejn insemmu isimom!!

Wisq aktar ma’ jistax ikun li nibqaw b’ socjeta b’din il-mentalita nixtri wiehed innehhi tnejn qisna xi supermarket, li l-ewwel nirbhu fl-Italja mbaghad il-bqijja bonus!

Kieku f’dawn lahhar snin nqlajna kontra Real Madrid, Liverpool jew Man City naccettaha. Li inqlajna kontra Lyon, Porto u Villareal ma’ tezisti l-ebda skuza u ma’ jigi l-ebda espert jew jahseb li huwa xi espert u jipprova jirredikola lil haddiehor ghax jikritika u jibqa jirraguna bl-ghax u kieku jew mur mexxi inti! Sfortunatament jezisti min jahseb li hu in persona uniku u jhobb lil Juventus.

FORZA JUVE DEJJEM