Bernardeschi jkompli jiddeludi

Juventus-Verona kienet konferma oħra tal-kriżi li ilu għaddej minnha Federico Bernardeschi. Meta taqra l-kummenti tas-supporters wara l-partita, tinduna kemm verament is-supporters donnhom qatgħu qalbhom minnu. Fil-grawnd mhu qed ikun qatt effettiv u, bħall-bieraħ, malli ħareġ hu t-tim deher jilgħab aħjar. Nifhmu li fil-gerarkiji llum Bernardeschi spiċċa ferm wara Chiesa u Kulusevski, u min jaf jekk mhux anki wara Frabotta wkoll. Veru li għadu ġej minn injury, però hu veru wkoll li fit-tliet snin li ilu ma’ Juventus, ftit li xejn wera l-valur tiegħu. Nittamaw li Pirlo jagħraf verament joħroġ l-aħjar minnu għax inkella verament tkun riesqa lejn tmiemha l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus.

Matthew Scerri