Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Jannar)

Fit-30 ta’ Jannar 1994 Juventus lagħbu kontra Foggia fil-kampjonat u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls kellhom il-firma ta’ Baggio u Ravanelli. Il-video t’hawn taħt jurina l-aqwa siltiet tal-partita. Interessanti li dakinhar, qabel il-partita, kien hemm dimostrazzjoni min-naħa tal-ħaddiema tal-FIAT. Barra minn hekk dakinhar Baggio wera l-Ballun tad-Deheb lis-supporters fil-grawnd.