Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Settembru)

Il-filmat tal-lum se joħodna lura għal disa’ snin ilu meta Juventus lagħbu kontra Notts County fi tmiem iċ-ċerimonja ta’ ftuħ tal-Juventus Stadium. Notts County kienu ntgħażlu għax fl-1903 Juventus kienu ordnaw flokkijiet ġodda minn Nottingham u kienu ntbagħtulhom flokkijiet bojod u suwed ta’ Notts County.