Bħal-lum fil-passat (9 ta’ Marzu)

Dakinhar li qlajna lil Real Madrid! Fl-2005, proprju fid-9 ta’ Marzu, Juventus u Real Madrid iltaqgħu mill-ġdid f’Turin għar-return match tar-rawnd tal-aħħar sittax taċ-Champions League. L-ewwel konfront kien ra lil Real Madrid rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Dakinhar tad-9 ta’ Marzu 2005 Juventus għexu serata memorabbli meta rnexxilhom jirbħu 2-0 fil-ħin supplementari.