Bidla tattika tista ssarraf fi spark mentali posittiv għall-iskwadra?

Il-bieraħ wara il-logħba Spezia vs Juventus, qgħadt nanaliżża mentalment diversi aspetti relatati ma’ dak li rajt waqt il-logħba. Il-key element li rajt joħroġ prominenti ħafna hu li it-tim jesprimi ruħu f’xi waqtiet tajjeb u f’xi waqtiet jirtira lura b’mod riskjuż li nispiċċaw insofru l-avversarju u nirriskjaw li naqalaw goals banali bħal ma ġara specjalment fit-tieni goal ta’ Spezia li tefana fl-iżvantaġġ. Jista jagħti l-każ li dawn l-amnesiji mentali tal-iskwadra huma anke dovuti għall-fatt li l-iskwadra drat u xebat tilgħab b’ċertu mod kif ukoll li l-iskwadra paradossalment taħkimha ċertu biża meta tinstab pressata mill-avversarju. L-introduzzjoni ta’ tattika ġdida li ħafna drabi tkun bdil fil-formation taf toħloq spark posittiv bħal ma kien Allegri stess ħoloqha meta ntroduċa il-4-2-3-1 f’perjodu tal-istaġun partikolarment diffiċli jidhirli wara telfa kontra Fiorentina fl-istaġun 2016/17. Bidla tattika taf tagħmel trick mentali ġmielu fejn timmotiva lill-players u tagħti spinta psikoloġika biex l-iskwadra taddatta ruħha għall-mod ġdid kif tilgħab.


L-istess 4-2-3-1 taf tkun possibli speċjalment meta jidħol lura Arthur għax ikun jista jifforma koppja affjatata f’nofs il-ground flimkien ma’ Locatelli fl-opinjoni tiegħi. Dan qed ngħidu għax meta tanaliżża il-karatteristiċi tat-tnejn li huma, ssib li għandhom kwalitajiet li jistaw jikkumplimentaw il-xulxin bihom. Arthur eżempju jaf iżomm il-ballun biżżejjed li jaghti nifs lit-tim jitla u il-players ikollhom ċans jimxu mingħajr ballun. Minn naħa l-oħra, Locatelli huwa player li milli rajt sa issa fuqu iħobb iżomm il-ballun biss sakemm jirnexxilu jsib vertikaliżżazjoni interessanti. Din tista tkun soluzzjoni ferm importanti anki minħabba l-fatt li Dybala ma narawhx iktar ikollu bżonn jinżel ikopri r-rwol li jista jkopri Arthur fin-nofs, kif iddiskuta miegħi ħabib tiegħi li spiss jaqra dawn l-artikli. Dybala għalkemm vera qed jagħti qalbu, sikwit qed jinżel iżomm il-ballun biex jaghti ċans lit-tim jassesta ruħu biex jattakka il-lasta avversarja. Pero’ din qed twassal biex spiss qed insibu ruħna b’inferjorita’ numerika biex nattakkaw. Hekk kif jidħol Arthur, Dybala jista jkun ferm iktar effettiv qrib il-lasta u jifforma ma’ Chiesa u Cuadrado trio letali wara l-attakkant ċentrali. Fuq wara, nixtieq nara iktar il-koppja ċentrali difensiva De Ligt u Chiellini li narahom jikkumplimentaw ruħhom aħjar minn Bonucci u De Ligt – biss tista tagħmel rotazzjoni għaqlija fejn dejjem tilgħab lemini fuq iċ-ċentru lemin u xellugi fuq iċ-ċentru xellug u b’hekk ikollok il-players ta’ difiża ċentrali aktar friski għal kull logħba.


Inħalli għalikom il-kummenti li nispera jkunu bosta għax nieħu ferm gost meta jkun hemm ċertu interattivita’ bejnietna.

Insellmilkom.