Bologna-Juventus 1-4

L-aħħar partita tas-sena rat wirja tassew kbira minn Juventus. Mil-lat tal-ispettaklu naħseb li kienet l-aqwa wirja f’dan l-istaġun. Nistgħu ngħidu li llum rajna il-logħob li dejjem xtaqna li Juventus jilagħbu sena sħiħa!

Lil hinn mill-wirja u mir-riżultat, dir-rebħa u d-draw ta’ Napoli kontra Verona taw lil Juventus id-dritt li jikkompetu fiċ-Champions League anki s-sena d-dieħla. Sa ftit tal-ġimgħat ilu deher li l-Bianconeri ma kellhomx ċans li jiġu mal-ewwel erbgħa, biss Juventus kienu bravu li ma qatgħux qalbhom u stennew l-iżball ta’ wieħed mill-avversarji. Nittamaw issa li jinbena tim qawwi s-sena d-dieħla, tim bla difetti strutturali u karatterjali li xbajna niktbu dwarhom dis-sena.

BOLOGNA-JUVENTUS 1-4

Skurjaw: Chiesa (J), 2 Morata (J), Rabiot (J), Orsolini (B)

Bologna (4-2-3-1): Skorupski; De Silvestri (Faragò), Medel (Antov), Soumaoro, Tomiyasu; Schouten (Baldursson), Svanberg; Skov Olsen (Orsolini), Vignato (Sansone), Barrow; Palacio.  Kowċ: Mihajlovic.

Juventus (4-4-2): Szczesny (Pinsoglio); Cuadrado, De Ligt (Bonucci) Chiellini (Arthur), Alex Sandro; Kulusevski, Danilo (Bernardeschi), Rabiot, Chiesa (McKennie); Dybala, Morata. Kowċ: Pirlo.

Referee: Valeri.

Karti sofor: Medel (B), Morata (J), McKennie (J).

Matthew Scerri