Botta u risposta bejn Ronaldo u l-Ministru Spadafora

Waqt Live fuq Instagram, Ronaldo stqarr li hu ma kisirx il-protokoll fl-ebda mument u anzi tenna li mexa mar-regolamenti kif kien mistenni. Ftit wara waslet ir-risposta tal-Ministru Spadafora li baqa’ jsostni li Ronaldo kiser il-protokoll għax ma baqax fil-JHotel sakemm saru l-iswab tests meħtieġa biex seta’ joħroġ. Żied anki: “Il-fama u l-bravura ta’ ċerta plejers tagħmilhom arroganti, ma jirrispettawx l-awtoritajiet u twassalhom anki biex jigbdu.” Ir-riferiment kien ovvjament għal Ronaldo. Fil-fehma tagħna, Ministru m’għandux joqgħod jidħol f’polemiki ta’ dat-tip. L-awtoritajiet għandhom il-mezzi kollha għall-infurzar u min jikser ir-regolamenti hu xieraq li jħallas, mingħajr ovvjament ma jiġi mgħajjar giddieb mill-Ministru.

Matthew Scerri