Cagliari-Juventus 1-3

Ronaldo show b’hattrick fi ftit iktar minn nofs siegħa logħob. Fl-Ewwel Taqsima Juventus letteralment ġabu fix-xejn lill-avversarji u kellhom ħajja faċli ferm biex jikkontrollaw il-partita. Fit-Tieni Taqsima, imbagħad, Cagliari ħadu xi ftit il-kontroll tal-partita f’idejhom, b’Juventus jippreferu jilagħbu bil-kontrattakk. Ir-rebħa Bianconera kienet iktar milli mistħoqqha. Kif qal Paratici qabel il-bidu tal-partita, Juventus m’għandhom għalfejn iħarsu lejn ir-riżultati ta’ Inter. Minflok iridu jaħsbu biex jirbħu kull partita u fi tmiem l-istaġun naraw min se jkun fuq quddiem.

CAGLIARI-JUVENTUS 1-3

Skurjaw: 3 Ronaldo (1 pen.) (J), Simeone (C)

Cagliari (3-5-2): Cragno; Ceppitelli (Klavan), Godin, Rugani (Pereiro); Zappa (Asamoah), Nainggolan, Duncan (Deiola), Marin, Nandez; Joao Pedro, Simeone (Cerri).Kowċ: Semplici.

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado (Frabotta), De Ligt, Chiellini (Bonucci), Alex Sandro (Bernardeschi); Danilo, Kulusevski, Rabiot, Chiesa (Arthur); Morata (McKennie), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Calvarese.

Karti sofor: Ronaldo (J), Cuadrado (J).

Matthew Scerri