Carnevali: “Jekk mhux se jkun hemm offerta tajba, Locatelli se jibqa’ magħna”

Illum kellha tinżamm laqgħa oħra bejn Juventus u Sassuolo għal Locatelli. Il-laqgħa tħassret u mhux magħruf għala. Iċ-CEO ta’ Sassuolo, Carnevali stqarr: “Jekk mhux se jkun hemm offerta tajba, Locatelli se jibqa’ magħna. Fil-bidu t’Awwissu se nagħlqu s-suq tat-trasferimenti tagħna.” Fi kliem ieħor għandna deadline sakemm Locatelli se jkun jista’ jinxtara. Id-domanda hi: la Sassuolo dejjem qalu li kellhom klabbs barranin lesti joffru ħafna għal Locatelli, għalfejn issa qed jgħidu li jista’ jkun li se jibqa’ magħhom? L-impressjoni tagħna hi li Sassuolo qed jilagħbu s-solta logħba biex jisolħu somma ikbar mingħand Juventus. Locatelli hu plejer tajjeb ħafna imma t-talba ta’ kważi 48 miljun Ewro għalih hi kbira wisq. Juventus jagħmlu tajjeb li jagħmlu l-honework tagħhom sew għax, tajjeb ma ninsewx, ġejjin minn sena u nofs ta’ kriżi minħabba l-pandemija u ma nafux meta s-sitwazzjoni se tinbidel.

Matthew Scerri