Avviz dwar Biljetti ta’ Finali Eventwali tal-Coppa Italia

Il-Kumitat jinforma li għalissa peress li għad fadal tintlagħab il-partita tar-ritorn kontra Lazio, il-Club ma għad għandu ebda informazzjoni dwar xi allokazzjoni eventwali ta’ biljetti.

Fl-eventwalita’ li Juventus tasal fil-Finali u l-Club jiġi allokat biljetti mil-JOFC, dawn se jkunu disponibbli biss lil min laħaq irreġistra fil-Fan Club. Is-sħubija fil-Fan Club illum tinsab magħluqa għaldaqstant ma jkunx possibbli li naċċettaw deposits mingħand min ma laħaqx irreġistra ruħu.

Ir-regolamenti tas-soltu japplikaw. Biljetti first come first served u fl-okkazjoni ta’ Finali kull persuna tkun tista’ tirriserva sa massimu ta’ zewġ biljetti.

Iktar informazzjoni l-quddiem.

Grazzi

Tħabbru d-dati tà tlett logħbiet oħra

Illum il-Lega Serie A ħabbret il-programm tal-logħob tal-31, 32 u 33 -il ġurnata tal-Kampjunat tas-Serie A 2023-24.

Hawnhekk qed inwasslulkom x’imiss għat-tim tant maħbub tagħna.

 

  • Il-Ħadd 7 tà April Ħin 20.45 Juventus-Fiorentina
  • Is-Sibt 13 tà April Ħin 18.00 Torino-Juventus
  • Il-Ġimgħa 19 tà April Ħin 20.45 Cagliari-Juventus

 

Grazzi

u nisperaw li narawkom bosta numerużi fil-klabb tagħna biex nassistu għal dawk il-partiti.

 

Pierre Bonavia

 

L-akbar u l-aqwa ditti jkomplu jisponsorjaw il-klabb tagħna.

L-akbar u l-aqwa ditti jkomplu jisponsorjaw il-klabb tagħna.
 
Min hawn personalment nixtiequ nirringrazzjaw lil ħbieb tagħna Sinjuri Matthew Fenech u Stephen Aquilina ta’ Motors Inc. agenti tal-FIAT u JEEP għal- fiduċja u sostenn tagħhom.
 
 
 
Il-kumitat
 

Aħna Familja Juventina – Thiago’s Journey –

Ħbieb aħna bħala familja juventina magħquda u lesta għal għajnuna bejnietna bi dmirna li ngħinu il-familja ta’ ħutna bianconero li bħalissa għaddejjin minn mumenti diffiċli wara li skoprew li binhom Thiago ta’ 4 snin qed isofri minn marda rari.

 

Din il-kundizzjoni tirrekjedi żmien, imħabba, paċenzja u speċjalment sommom kbar ta’flus għal kura tiegħu.

Għalhekk nitolbukom issegwu il-paġna Facebook

Thiago’s Journey

tixxerjawha public fuq il-profiles tagħkom u jekk hu possibbli titfgħu donazzjoni fuq in-numru Revolut: 77222080

 

Nirringrazzjawkom tal-ħin li tajtghuna u dejjem

FINO ALLA FINE FORZA JUVENTUS

 

Avviż Importanti Rigward Booking ta’ Biljetti

Id-data tal-partita tal-ewwel semi finali tal-Coppa Italia kontra Lazio issa hija ufficjali: nhar it-Tlieta 2 ta’ April fid-9pm.
L-aħħar opportunita’ biex jiġu riservati l-ahhar ftit biljetti li fadal għal din il-partita li se tintlagħab ġewwa Turin huwa nhar is-Sibt 17 ta’ Frar minn ġewwa l-uffiċju qabel il-partita kontra Verona bejn 5pm u 5.45pm.
Dan jghodd kemm għal min huwa membru fil-Fan Club dan l-istaġun kif ukoll ghal dawk li għadhom m’humiex.
Min ħallas il-mizata Plus tal-Fan Club li tiswa’ €30 għandu l-possibilita’ li jkun jista’ jirriserva biljett aktar tard mis-17 ta’ Frar. Għalissa għad m’hemm l-ebda informazzjoni izda possibilita’ biss. Tajjeb li jiġi kkunsidrat ukoll izda li iktar ma toqrob id-data tal-partita, l-għazla tal-biljetti iktar tiċkien.
L-uffiċju tal-Club ikun miftuħ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.
Għal iktar informazzjoni ċemplu jew ibgħatu messaġġ fuq 79618994.
Grazzi

Biljetti għall-Finali tal-Europa League

Il-Club illum ġie infurmat permezz ta’ avviz short notice li se jkollu jaħdem b’sistema differenti minn tas-soltu għall-biljetti tal-Finali tal-Europa League.

Sfortunatament ingħatajna tassew ftit zmien sabiex ninfurmaw bin-numru ta’ talba għal biljetti. Dan għandu jsir saħansitra qabel ma nkunu nafu jekk aħniex se nkunu fil-Finali sa nhar il-Ħamis li ġej 18 ta’ Mejju fis-2pm għaldaqstant qegħdin nitolbu biex kull min huwa tassew interessat għal biljett għandu jibghat email fuq [email protected] sabiex juri l-interess tiegħu sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 18 ta’ Mejju fis-1pm bl-isem tal-persuna u n-numru tal-karta tal-identita’. Dawn huma meħtieġa sabiex il-Club ikun jista’ jivverifika l-eliġibilita’ għal biljett.

Il-Finali tal-Europa League se ssir f’Budapest nhar il-Erbgħa 31 ta’ Mejju. Kull persuna fl-email tista’ strettament tapplika għal massimu ta’ zewġ persuni.

Dan se jkun l-unika channel uffiċjali għall-biljetti li se jiġu allokati fuq bazi first received first served. Għalissa l-Club ma huwa se jieħu ebda depositu fuq il-biljetti għaliex l-allokazzjoni tiddependi minn numri ta’ abbonati ta’ Juventus kemm se jkun hemm minnhom li jieħdu vantaġġ mil-prelazzjoni jew le.

Wara li jagħlaq iz-zmien u nibdew nirċievu l-ewwel informazzjoni mingħand Juventus se nkunu qed nieħdu azzjoni minnufih u nikkuntattjawkom fl-ordni li nirċievu l-emails sabiex ninformaw bid-disponibilita’ ta’ biljetti li ġiet allokata lilna. Għalissa l-prezzijiet għadhom mhux magħrufa.

Jistgħu japplikaw magħna biss dawk il-membri li dan l-istaġun huma membri fil-Fan Club u jinsabu fil-pussess ta’ Juventus Card. Membri ġodda ma jistgħux jiġu iktar aċċettati f’dan l-istadju għaliex Juventus għalqu r-reġistrazzjonijiet fit-30 ta’ April.

Grazzi

Biljetti għas-Semi Finali tal-Europa League kontra Seville

Nhar il-Ħadd 23 ta’ April fis-7.00pm se nibdew naċċettaw bookings minn ġewwa l-uffiċju għall-biljetti kemm home kif ukoll away tas-Semi Finali tal-Europa League kontra Seville li se jintlagħbu rispettivament fil-11 ta’ Mejju ġewwa Turin u fit-18 ta’ Mejju ġewwa Sevilla.

Għaldaqstant nistednukom biex taqraw u tifhmu r-regolamenti dwar il-bookings ta’ biljetti li se jiġu applikati għal nhar il-Ħadd biss hekk kif inhuma spjegati hawn taħt.

Se jkunu jistgħu jirriservaw biljetti biss dawk il-membri li sal-ħin ta’ dan l-avviz laħqu rreġistraw ruħhom fil-Fan Club. Dan qiegħed isir sabiex tingħata priorita’ lill-membri prezenti reġistrati fil-Fan Club.

Għall-partita ġewwa Turin tal-11 ta’ Mejju persuna waħda se tkun tista’ tirriserva sa massimu ta’ zewg biljetti f’isem persuni reġistrati fil-Fan Club sal-ħin ta’ dan l-avviz.

Għall-partita ġewwa Sevilla tat-18 ta’ Mejju persuna waħda se tkun tista’ tirriserva sa massimu ta’ biljett wieħed biss f’isem persuni reġistrati fil-Fan Club sal-ħin ta’ dan l-avviz.

Għall-fini ta’ kjarezza membru reġistrat fil-Fan Club interessat għall-biljett jista’ wkoll jibgħat rapprezentant minfloku.
Min mhux eliġibblii li japplika għall-biljett jista’ jpoġġi ismu ġewwa waiting list u jekk ikun għad fadal disponibilita’ ta’ biljetti wara l-għeluq tal-uffiċju l-Ħadd se nkunu qed nikkuntattjawh sabiex jerġa’ jzurna nhar it-Tlieta, jirregola ruħu u jħalli d-depositu fuq il-biljett mixtieq.

Dan qiegħed isir sabiex inzommu l-ordni u nkunu mill-iktar trasparenti kif ukoll għaliex l-allokazzjoni tal-biljetti b’mod partikolari għall-partita away se tkun waħda limitata.

Nirringrazzjawkom

Avviz Importanti

Għeżież Juventini,

Dawn il-jumejn daħlu ħafna telefonati u messaġġi għall-biljetti tal-Finali tal-Coppa Italia. Ilna snin nirrepetu sabiex tissieħbu membri sħaħ mal-Club kmieni fl-istagun. Dan sabiex meta tasal partita importanti intom tkunu f’posizjoni li titolbu biljett.

Ma tistax tiġi Finali u dak li jkun ma jkunx membru imma xorta jċempel jew jibgħat għal biljett għax sfortunatament ma nkunux f’posizzjoni li naqduh. Juventus ħolqot is-sħubija fil-Fan Club apposta għal skop ta’ biljetti. Min ma jkunx imsieħeb mhux eliġibbli li jitlob biljett mingħandna. Dwejjaq tagħna meta dak li jkun ngħidulu li ma nistgħux naqduh pero’ trid tibda tiġi minnkom ukoll illi tidħlu membri mil-bidu u mhux meta tasal xi partita kbira!

Nisperaw li wara dawn is-snin kollha nirrepetu l-istess kliem, minn Settembru li ġej tidħlu membri sħaħ ħalli nkunu f’pożizzjoni li nkunu nistgħu naqdukom aħjar.

Grazzi,
Il-Kumitat.

——————————————————————————————————————-

Dear Members,

These past two days committee members have received countless mobile calls and messages enquiring about tickets for the Coppa Italia Final. We have been instructing people for years to pay the membership fee as early as possible once the season commences or even before. This so that when such an important game arrives, members would have the opportunity to acquire tickets through our Club.

One cannot wake up one fine day on the eve of an important game and send messages or call relentlessly for tickets without being a paid up member because unfortunately we would not be in a position to help. Juventus Football Club created the Fan Club system especially for selling tickets. Whoever is not a member of an Official Fan Club is not eligible for a ticket through our Club. We regret every no we have to tell each ineligible member but it needs to come from the individual themselves to see that they are a paid up member of our Club from the outset and not when an important final is approaching!

Hopefully after all these years instructing Juventini of the above, come next September, all those interested in attending a game and all those loyal Juventini will pay their membership fee so that we can accommodate your request for tickets.

Thank you,
The Committee.

Avviż / Notice

❗AVVIŻ IMPORTANTI❗

Il-Kumitat javża li mill-partita kontra Sampdoria li se ssir fit-18 ta’ Jannar 2022, id-dħul ġewwa l-Club se jkun esklussiv ghal kull min jippreżenta ċertifikat tal-vaċċin validu biss.

Dan qiegħed isir sabiex nissalvagwardjaw saħħet il-membri tagħna u sabiex nimxu mad-direttivi imposti mid-Dipartiment tas-Saħħa.

❗IMPORTANT NOTICE❗

The Club committee informs that as from the match against Sampdoria scheduled for the 18 January 2022, entrance inside the Club will be exclusive to all those in possession of a valid vaccine certificate.

This measure is being implemented to safeguard the health of our members and to abide to the rules announced today by the Department of Health.

Awguri!

Il-President u l-Kumitat kollu tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jawguraw Muilied hieni u sena ġdid mimlija risq u barka lill-membri, lill-familjari tagħhom u lis-supporters Juventini kollha Maltin u Għawdxin. Nawguraw lil kulħadd li dan ikun żmien ta’ paċi, mistrieħ u mħabba li jibqgħu magħna tul is-sena kollha 2022.