Ftit Nifs

It-tlett punti kontra fiorentina tawna dak il-ftit nifs li tant kellna bzonn wara bosta rizultati negattivi u hziena u wirjiet verament fqar. Mhux ghax kontra fiorentina urejna xi progress kbir minn naha ta’ loghob u teknika anzi nista nghid li kontra lazio fil-coppa italia konna hafna u hafna ahjar.

Kellna l-ewwel taqsima pjuttost pozittiva fejn anka kellna xejn anqas minn tlett gowls mhassra fuq offsides millimetrici li naturalment kull ballun taghna li jispicca fix-xibka jigi iccekjat sa l-anqas dettal mhux bhal ta’ xi timijiet ohra illi tahseb li l-var ma’ ghadux jezisti fil-futbol jew inkella jinbidel xi regolament ta’ malajr.

Izda nigi ghal partita, u kif ghidt l-ewwel taqsima rajna certa loghob veloci u konvincenti fejn morna fil-vantagg b’gowl iehor tas-soltu Gatti li issa sar l-aktar difensur fl-ewropa li skurja ghat-tim tieghu. Konna pjuttost kompatti u veloci sakemm thassar il-gowl ta’ Vlahovic fuq offside ta’ ponta ta’ zarbuna ta’ Mckennie u li fl-opinjoni tieghi affetwat hafna mentalment ghaliex minn dak il-mument it-tim waqaf kompletament.

Fit-tieni taqsima kienet wirja ohra deludenti li nista nghid bhas soltu bqajna nistennew l-avversarji fil-kaxxa taghna fejn fiorentina mhux biss kellhom il-pusess tal-ballun f’hafna mil-hin izda kienu wkoll perikoluzi u kien grazzi ghal Szczesny li salva kemm il-darba specjalment fuq xutt tajjeb ta’ Nico Gonzales.

Huwa inaccettabli li tkun qieghed tilghab f’darek u jkollok biss 27% tal-pusess tal-ballun minghajr prattikament f’taqsima shiha ma’ tixxutjax lejn il-lasta avversarja, izda dawn huma argumenti u domandi li ghamilna lilna nfusna kemm il-darba. Tibqa d-domanda x’inhi il-problema? Mentali? Fizika? Jew inkella issa tant dahlet pressjoni li t-tim mhuwiex iregi 90 minuta? Izda din hija problema li issa ilna narawa 3 snin shah u qatt ma’ nbidel xejn.

Biex naghti ukoll ftit ragun lil kowc ma’ ninsewx illi ahna spiccajna minghajr dawk il-players illi suppost tawna dik il-kwalita li meta t-tim ibatti xi ftit fizikament bil-kwalita taghhom jivvintaw dik il-mossa jew azzjoni li trebhek partita u qed nirreferi ghal Fagioli u Pogba.

Ftit nifs izda fadal x’naqdfu, fadal seba partiti u kollha iebsin immens u hadd zgur mhu ha jirregala xejn specjalment lilna. Fortunatament bologna tilfu l-punti izda roma rebhu d-derby ghalhekk ma’ nistawx nirrilassaw mentalment qabel nilhqu l-objettiv li nidhlu fic-champions league biex minn hemm nkunu nistghu nippjanaw il-futur.

Sadanittant bhal dejjem

FORZA JUVE FINO ALLA FINE.