Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus kontra Inter

Hu probabbli li kontra Inter, Pirlo jibda bdew il-ħdax-il plejer:

Buffon; Cuadrado, Demiral, De Ligt, Danilo; Chiesa, Bentancur, Rabiot, McKennie; Ronaldo, Kulusevski.

Probabbli li Ramsey u Dybala se jkunu għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo u jidħlu fl-azzjoni waqt il-partita.

Matthew Scerri

Arthur u Morata dubjużi għall-partita kontra Inter

Arthur u Morata jaf ikollhom jitilfu Juventus-Inter. Fil-fatt it-tnejn li huma għandhom sintomi ta’ gastrite u allura jaf mhux se jkunu mija fil-mija f’sikkithom għada. Skont Tuttosport l-indikazzjonijiet huma li Arthur u Morata m’għandhomx il-Covid-19 għalkemm ovvjament se jkun biss l-iswab test tal-lum li se jagħtina ċertezza dwar dan.

Matthew Scerri

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Roma

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Roma. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 48% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Arthur b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem!

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Frar 2021.

Bonucci suppost m’għandu xejn gravi

Għada se nkunu nafu l-entità tal-injury muskolari li sofra Bonucci waqt Juventus-Roma. Kollox jindika li hu injury ħafif. Madankollu hu probabbli li Pirlo ma jirriskjahx fil-partita kontra Inter minhħabba l-ħafna impenji importanti li Juventus għandhom fil-kumplament ta’ Frar.

Matthew Scerri

Ir-riżultati tal-partiti tal-21 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Fiorentina-Inter 0-2

Is-Sibt 6 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Sassuolo-Spezia 1-2

Atalanta-Torino 3-3

Is-Sibt 6 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Juventus-Roma 2-0

Is-Sibt 6 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Genoa-Napoli 2-1

Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021, 12.30 p.m.

Benevento-Sampdoria 1-1

Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021, 3.00 p.m.

Milan-Crotone 4-0

Udinese-Verona 2-0

Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021, 6.00 p.m.

Parma-Bologna 0-3

Il-Ħadd 7 ta’ Frar 2021, 8.45 p.m.

Lazio-Cagliari 1-0

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (7 ta’ Frar 2021)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-7 ta’ Frar 2021.