Tmiem is-sena kalcistika

Waslet l-ahhar loghba ghal din is-sena. Fortunatament mhux kollox mar hazin u kollox x’tarmi bhala sena ingenerali.

Ma’ irridux ninsew li waslu 2 successi ohra supercup u coppa italia biex ghal ghaxar snin konsekuttivi t-tim irnexxilu dejjem igib success jew aktar fl- istagun.

Konvincenti ma’ konna kwazi qatt certament izda wiehed jistaqsi xorta lilu nnifsu kienx jaqbel li bqajna ninsistu fuq Andrea Pirlo bhala kowc! Kinitx ghazla ghaqlijja u tajba li nergaw immorru lura ghal Max Allegri?!

Domandi li mhux facli li issib risposti ghalijom. Fl-opinjoni tieghi wara 2 successi u l-akkwist tar-raba post li bih dhalna champions league u c-cirkostanzi li s-socjeta ma’ setatx tonfoq ammont kbir ta’ flus fil-mercato kont nerga nibbaza fuq tmexxija zghazugha ta’ Pirlo u nipprova nintegra aktar zghazagh fejn Pirlo zgur li wera li kellu aktar gazz li jintroducihom.

Minn naha l-ohra Allegri igib aktar esperjenza u aktar tattikament konservattiv fejn fl-opinjoni tieghi baqa wisq fejn halla meta gie mibdul. Jista jkun illi peress li jaf illi ghandu limitazzjonijiet kbar fl-ghazla ta’ players ma’ jistax jirriskja aktar minn hekk ghalissa.

Zgur li miniex nistenna tibdiliet kbar f’Jannar, wiehed irid iqis illi zgur biex isir xi akkwist trid issir cessjoni u l-mercato ta’ Jannar ftit joffri opportunitajiet u players.

Fortunatament spiccajna s-sena b’zewg rebhiet wara li letteralment armejna hafna punti. Jidher ukoll li timijiet bhal Napoli u Atalanta qed jitilfu l punti biex b’hekk ersaqna aktar vicin taghhom. Jibqa d-dispjacir li kieku ma’ tlifnix punti ma’ timijiet bhal Venezia u ohrajn diga qeghdin nazzarda nghid qabilom. Ta’ livell. Nistennew u naraw!

Wiehed jittama li jkollna sena ahjar b’aktar kontinwita ta’rebh b’tim aktar motivat u konvint minnu nnifsu.

Forza Juve dejjem u l-festi t-tajba lil kullhadd.

Messaġġ mingħand il-President

Għeżież Membri,

Ninsabu fl-aħħar jiem tal-2021 u bħal dejjem f’daż-żminijiet nikteb kelmtejn sabiex filwaqt li nibgħatilkom l-awgurji għal Milied ħieni u sena ġdid mimlija risq u barka, nagħlqu s-sena b’ħarsa lura lejn dak kollu li jkun sar.

 

Kif jaf kulħadd l-2021 kienet sena diffiċli għal kulħadd minħabba l-impatt tal-pandemija. Għal żmien twil kellna nibqgħu bil-bibien magħluqa u tassew ħassejna n-nuqqas tagħkom ilkoll. Prattikament qattjna nofs sena mingħajrkom fiżikament preżenti fil-Club. F’dawk ix-xhur il-ħidma tiegħi u ta’ sħabi tal-Kumitat ma waqfet xejn, anzi ħadna l-okkażjoni biex inwettqu xogħlijiet ta’ tisbiħ u modernizzar tal-premises. Komplejna ninvestu ħafna u nassigurakom li ma waqafniex minuta mill-ħidma tagħna. Nirringrazzja għaldaqstant lill-membri tal-Kumitat li jagħmlu xogħolhom b’tant passjoni u dedikazzjoni.

 

Kburi ngħid li taht it-tmexxija għaqlija tiegħi ta dawn l-aħħar snin ħalliet il-frott tagħha għax minkejja li ninsabu f’nofs pandemija li ilha tifleġ lid-dinja kollha għal sentejn sħaħ, il-Club tagħna kien finanzjarjament f’pożizzjoni solida u stajna nibqgħu ninvestu minkejja d-dħul tal-Club naqas drastikament . Mhux talli ma waqafniex imma saħansitra qed inħejju ħafna sorpriżi għall-futur sabiex intom il-membri jkollkom verament l-aħjar kif jixirqilkom.

 

Żammejna kuntatti mill-aqwa ma’ barra minn Malta, komplejna naqdu lilkom il-membri b’biljietti tal-partiti ta’ Juventus at face value. Jien personalment tlajt Turin diversi drabi, sakemm kien possibbli minħabba l-pandemija, biex inżomm ħajjin il-kuntatti li għandna hemmhekk. Kif tafu aħna qatt ma nieqfu naħdmu biex nirrappreżentaw lill-Club barra minn xtutna u nippruvaw noħolqu opportuntajiet mill-aqwa għalikom il-Juventini tal-gżejjer Maltin.

 

Minn qalbi nirringrazzja lilkom il-membri kollha talli bqajtu leali lejn il-klabb minkejja ż-żmijijet diffiċli tal-pandemija. Grazzi mill-qalb lil dawk li baqgħu jattendu l-klabb fl-aħħar xhur. Grazzi anki lil dawk il-membri li reġgħu għażlu li jidħlu fil-familja tal-Club tagħna wara li kienu waqfu jattendu għal xi snin.

 

Grazzi ukoll lil Barmen tal-klabb li dejjem hadu ħsieb il-membri u hadmu id f’id miegħi.

 

Nagħlaq bħal dejjem billi min qalbi nirringrazzja lill-isponsors. Il-ġenerożità tagħhom tassew ma tieqaf qatt anki fi żminijiet daqstant diffiċli.

 

Grazzi mill-qalb lil kulħadd u nawguralkom il-Festi t-Tajba!

 

Joseph Fenech

President

Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

Illum Bologna vs Juventus – tama għal rebħa konvinċenti?

Waslet il-ġurnata ta’ logħba oħra tat-tim favorit tagħna. Kif jaf kulħadd il-mument m’hu xejn feliċi speċjalment meta wieħed jiftakar li ma timijiet tal-livell ta’ Bologna ġbarna miżerja ta 2 punti minn 15 disponibbli bejn Udinese, Empoli, Sassuolo, Verona u Venezia. L-andament ma’ dawn il-klabbs żgħar żgur kien hażin u t-telf enormi ta’ punti qed ikun defiċit enormi kemm għall-moral kif ukoll biex terġa tibni xi ħaġa. Hija normalissima li wara ċiklu kbir ta’ rebħ ikun hemm waqfa mir-rebħ, biss pero’ meta tissejjaħ Juventus tippretendi li ħasbu għaliha minn qabel ħaġa hekk għax l-ambizzjonijiet ta’ klabb bħal taghna għandhom ikunu għoljin dejjem. Kellhom l-okkażjoni rara li din l-ġimgħa setgħu jitħarrgu bla nterruzzjoni ta’ logħbiet waqt il-ġimgħa u milli qed naqra u nisma jista’ jkun nirkupraw lil McKennie illum li forsi jista’ jkun manna mis-sema meta kif rajna fl-aħħar logħba il-midfield reġa ma ffunzjonax sewwa. Illum hemm ċans naraw il-Kaio Jorge mill-bidu fl-aħħar u forsi naraw iktar mill-viċin x’jista joffrilna dan il-player żgħażugħ. Li kien għalija llum ukoll jixraqlu spazju Soule – dan qed ngħidu għax anki bin-nuqqas ta’ krejattivita’ kawżata mill-assenzi ta’ Chiesa u Dybala x’titlef iktar f’dan il-mument u l-klassifika kif inhi, ma hemmx – anzi forsi x’tiggwadanja hemm. Rajna b’Pellegrini li minkejja l-mument u staġun li mhux affattu mill-aqwa almenu ndunajna li jista jieħu post Alex Sandro bla problema ta’ xejn. Il-players żgħar ma tistax tippretendi li ttihom 5 minuti f’ logħba, tagħtihom 10 minuti f’xi logħba ohra u tippretendi li tara xi Messi mill-ewwel. Iridu jingħataw kontinwita’ fuq perjodu itwal. Għalkemm jista jkun li xi drabi jkollhom prestazzjoni mhux feliċi, biex jibnu l-fiduċja iridu jingħataw ftit kontinwita’ biex naqra naqra jaqbdu r-ritmu, ovvjament jekk il-player ikollu kwalita’. Il-ħaga trid issir bi ftit għaqal.


Wieħed jittama li llum forsi naraw ftit grinta li jiġġieldu għall-flokk, ikun hemm min ikun hemm – kwalita’ li naqset bil-kbir din is-sena. Il-feroċja li tikkaretteriżża lill-Juventus ftit rajniha dan l-aħħar, u minn hemm irid jibda kollox. Ovvjament il-grinta trid tkun ikkumplimentata minn iktar kwalita’ fil-players. Grinta u kwalita’ iridu dejjem jingħaqdu flimkien u ma jistgħux waħda tgħaddi mingħajr l-oħra. Jien affarijiet tajbin nibqa nemmen li hemm fl-iskwadra attwali. Allegri jrid isib the right mix bejn jerġa jġib ftit entużjażmu u jintroduċi il plejers iż-żgħar ta’ kwalita’ u jerġa jsib ukoll fil-players veterani il-ħeġġa u l-esperjenza tagħhom biex ninqalgħu minn din is-sitwazzjoni u jerġgħu jibdew jinġabru il-punti.


Nagħlaq billi nagħmel parenteżi żgħira fuq is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar li dalwaqt ikun magħna. Tisma u taqra dikjarazzjonijiet ta’ diriġenti kif ukoll smajna il-konferenza stampa ta’ Allegri il-bieraħ qabel il-logħba tal-llum, li qed jippuntaw lejn li l-iswkadra għandha tibqa kif inhi jew li l-iskwadra kompetititva kif inhi. Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa żball kbir ta’ preżunzjoni. Hemm xi ttejjeb u r-riżultati qed juruha. U jekk ma taffordjax li tixtri, almenu trid tara kif tipprova tintegra jew saħansitra ġġib lura lill-players li qegħdin b’self ma’ klabbs oħra. Xi ħaġa dejjem trid tipprova tara x’tagħmel – kemm tirnexxi wieħed irid jara maż-żmien. Imma nkun aktar kuntent u kburi kieku narahom jippruvaw iċaqilqu ftit l-affarijiet milli jħallu d-destin jaqa fuqhom passivament.

Insellmilkom.

Riċeviment tal-Milied

Ghażiż Membru,

Se jkun qed jinżamm riċeviment annwali tal-Milied għal-membri tal-klabb li ħallsu sħubija ta dan l’istagun nhar it-Tlieta 21 ta Diċembru mis-7 sat-8.30pm ġewwa il-klabb Birkirkara qabel il-logħba tal Cagliari ⚽

Min jixtieq jattendi għandu jibbukkja billi jibgħat email fuq [email protected] jew SMS fuq 79618994 jew 99869557 u jikteb isem sħiħ u numru ta tessera sa mhux aktar tard mill-Ġimgha 17 ta Diċembru.

Minħabba Iċ-ċirkostanzi u r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija il-klabb ser ikun qed jaċċetta massimu ta 100 membru, dan fuq bażi ta First Come First Served.

Dawk kollha li jattendu ser ikunu seated u servuti mill-waiters. Servizz mal-Bar mhux ha ikun permess.

Non Members u Guests iħallsu €10 ( Drink Tokens Mhux Inkluzi)

IMPORTANTI li kull min jattendi għandu ikollu miegħu dawn:


💳 Membership Card ta dan l’stagun 2021-2022
💉 Ċertifikat tal-Vaċċin
🎭 Face Mask

Ejjew niltaqaw f’atmosfera familjari Juventina 🖤🤍

🙏 Grazzi lil James Caterers

Żmien għal bidla radikali?

Ilni ftit ma naqsam ftit ħsibijiet magħkom sħabi Juventini. Huwa mument pjuttost diffiċċli bħalissa li nesprimi ruħi imma minkejja kollox ser nipprova nikteb ftit affarijiet li qed jiġuni f’moħħi dwar x’ qed naħseb li jista’ jkun sejjer ħazin. Minkejja kollox, ġejna l-ewwel fil-grupp fiċ-Champions League fejn fil-grupp kien hemm il-holders attwali tat-titlu ta’ Champions Ewropej, Chelsea. Vera, irbaħna 5 logħbiet minn 6 u kien hemm mertu li spiċċajna l-ewwel fil-grupp – biss pero’ wieħed irid jara kienitx każwalita’ jew għax vera il-valuri fi kwalita’ ta’ logħob ġabna biex naslu l-ewwel fil-grupp. Jekk tqis l-ewwel 4 logħbiet tghid kien hemm mertu assolut. Pero’ ma tistax tgħid l-istess għall-aħħar 2 logħbiet meta f’loghba minnhom sfortunatament u b’dispjaċir kbir sibna it-tim tagħna jigi dominat minn Chelsea, fejn tlifna bi skor enormi ta’ 4-0, skor li hu umiljanti għalina l-Juventini. Ngħaddi ghall-logħba ma’ Malmoe li hija iktar riċenti fil-memorja tagħna. Hemm rajna kwantita’ industrijali ta’ episodji fejn spiċċajna f’posizzjoni idejali li nikkonkludu fil-lasta bla problemi u niskurjaw iktar biex issib li imbagħad tirbaħ b-1-0 fejn stajt easy irbaħt 4-0 jew 5-0. Bħalma ħafna jafuni jien pjuttost inkun ottimist ħafna fuq il-possibilitajiet tat-tim, biss f’din il-ġimgħa bejn il-logħba ma’ Malmoe u d-draw ferm diżappuntanti ma’ Venezia qed ikolli naqbel ma’ ħbieb Juventini oħra li kif inhuma l-affarijiet bħalissa, jidher biċ-ċar li hemm nuqqas ta’ kwalita’ enormi fl-iskwadra u jaf din ikollha konsegwenza serja fuq l-istaġun li jmiss, għax li ma tidħolx Champions League hija daqqa ta’ ħarta tremenda. Ibda biex, hemm in-nuqqas ta’ centreforward li kontinwament isib il-lasta u b’dan mhux nipretendi li Morata jiskurja 5 goals minn 5 chances imma tiskurja 1 minn 5 hija ratio baxx esaġerat għal centreforward. U f’din ma għandi xejn kontra il-player Morata assolutament. Imma l-fatti huma fatti u klabb bl-ambizzjonijiet tagħna jrid jaspira li jkollu centreforward jiffinaliżża mqar 3 minn 5 okkażjonijiet. Defiċjenza oħra hija n-nuqqas ta’ kwalita’ f’ nofs il-ground fejn minkejja li hemm Locatelli jipprova jtejjeb l-affarijiet, qiegħed wisq waħdu jipprova.


L-injuries kontinwi: ma nafx hijiex iktar sfortuna jew hijiex riżultat ta’ preparazzjoni atletika mhux ta’ livell xieraq. Għandu x’jaqsam ukoll il-fatt li l-kampjonat b’20 tim m’għadux prattikabbli u sinċerament la indunajt jien suppost indunaw esperti ferm iktar minni li l-plejers qed jilgħabu ferm iktar logħob milli jitħarrġu fiżikament għall-istess logħob. Din qalha ukoll Ancelotti. Bħalissa hemm Chiesa, Mc Kennie u issa żdied magħhom Dybala (reġa!) li huma kollha mweġġgħin. Kif ħafna jafu u ma niddejjaq xejn nammetti, Dybala huwa wieħed mill-players favoriti tiegħi. Biss pero’, meta għamilt żewġ riflessjonijiet wara l-logħba tal-bieraħ, qed nirrealiżża li l-Juventus innifisha għandiex tagħmel ħsieb tibbaża b’mod konkret it-tim fuqu. Dan qed ngħidu anki minħabba l-imbierek kuntratt li kont qed nispera ma insemmihx f’dan l-artiklu biex għalija jkun kwistjoni risolta u mhux pendenti. Imma qegħdin it-12 ta’ Diċembru u dan l-imbierek renewal ta’ kuntratt għadu ma seħħx. Biss għall-Juventus innifisha il-fatt li għadhom ma ntrabtux taf ma tfissirx disgrazzja! Fil-mument preżenti, għandu kemm għandu talent il-player, mhux denju li jissejjaħ l-istar player ta’ tim b’paga ta’ €10 miljuni, meta titfa fuq il-miżien kemm qed itik logħbiet kull staġun u nittama li l-plejer qiegħed jirrealiżża jew diġa irrealiżża dan il-fatt.


Se nagħlaq b’Allegri. Fuq Allegri għandi mixed feelings jien. Meta ġie lura biex inkun sinċier ma kontx imdejjaq għalkemm kont diżappuntat fuq kif ħelsu minn Pirlo li għalija minkejja deficit kbira ta’ esperjenza ta’ kowċ, għaraf iġib żewġ tazzi. Wieħed forsi hawn jghidli ‘imma kellu lil Ronaldo!’ Iva, imma minkejja li kellu lil Ronaldo, anke b’Ronaldo is-sena l-oħra ġieli ltaqa’ ma diffikultajiet kbar bħall-eliminazzjoni bikrija mal-Porto. Allegri, fl-opinjoni tiegħi u dal-ħsieb dejjem qed insaħħu, huwa manager tal-players eċċezzjonali (it-taljani jghiduha ottimo gestore) imma nitfa domanda hawn – kemm verament rajna skema ta’ logħob din is-sena b’moviment organiżżat tal-players u ideja ta’ logħob u mhux tispera li ssib il-Dybala u Chiesa in vena u jivvintawlek xi ħaġa u jrebbħuk il-logħba?
J’alla li sakemm niġi biex nikteb xi ħaġa oħra l-affarijet ikun għamlu pass il-quddiem. Nagħlaq fuq nota posittiva – fl-aħħar jidher li reġa għandna left full back ta’ stoffa – Luca Pellegrini.

Waqajna fir-redikolu

ILLUM KWAZI LANQAS NIXTIEQ NIKKUMENTA L-LOGHBA KONTRA VENEZIA GHALIEX IL-KLIEM ADATTAT GHAL PRESTAZZJONI LETTERALMENT FQIRA U TAL-MISTHIJA INKUN QIEGHED KIF JGHIDU T-TALJANI QED NISPARA FUQ IL-CROCE ROSSA!

IZDA XORTA HA NAQSAM L-OPPINJONI TIEGHI MAGHKHOM BHAL DEJJEM. IL-PRESTAZZJONI TA LBIERAH HIJA L-MERA TA’ L-ISTAGUN U L-FAQAR TA’ LIVELL TA’ DIN L-ISKWADRA. FEJN QATT F’DAN L-ISTAGUN MA’ IKKONVINCEJNA FIL-WIRJIET, FEJN DEJJEM KIEN HEMM SENSAZZJONI TA’ FRAGILITA KBIRA. MUMENTI ZGHAR LI TAHSEB LI SER JINBIDLU L-AFFARIJIET IZDA LOGHBA WARA MALAJR NERGGHU IMMORRU MITT PASS LURA.

ILBIERAH LETTERALMENT DHALNA TAHT IL-QIEGH U KOLLOX TELA FIL-BERAH JEKK KIEN HEMM BZONN GHALIEX KIF DEJJEM SOSTNEJT, IS-SUPPORTER KULTANT JITKELLEM B’CERTU PASSJONI IZDA DRABI JKOLLU RAGUN BIL-KBIR. TIRBAH DEJJEM MA’ TISTAX IMMA TAQA F’DIN IR-REDIKOLAGNI WARA SNIN TA’ REBH LE. U JIDHER BIC-CAR LI KIEKU FIT-TMEXXIJA KIEN HEMM NIES MHUX PROFESSJONALI FIL-MANAGEMENT UKOLL MA’ KIENUX JASLU F’DIN IR-REDIKOLAGNI.

BIEX INKUN CAR! HADD M’HUWA EZENTI FID-DIRIGENZA,MINN FUQ SA ISFEL. HA NIBDA KIF DEJJEM GHIDT, MIN IPPERMETTA DAWN L-AHHAR 3 SNIN U NOFS DIN IL-PORKERIJA? RISPOSTA F’IDEJKOM! MIN HA CERTU DECIZJONIJIET U OBBLIGA LILL-PRESIDENT JELIMINA CERTU PERSUNA MIS-SOCJETA GHADU HEMM F’POSTU? RISPOSTA F’IDEJKOM! KONTU TIPPRETENDU LI WARA KWAZI 5 XHUR IL-KOWC ALMENU ISIB BAZI TATTIKA U GHAZLA KONTINWA TA’ CERTU PLAYERS FIT-TIM BIEX NIPPRUVAW INSIBU STABILITA? KONTU TIPPRETENDU AKTAR WARA LI DAN IS-SAJF B’WICCHOM MINN TA’ QUDDIEM QALULNA LI DIN L-ISKWADRA HIJA KOMPETITIVA; HASBUNA TWELIDNA LBIERAH? KONTU TAGHMLU MINN KOLLOX BIEX IL-PRIJORITA KIENET TKUN MAL-EWWEL LI TEHILSU MILL- PLAYERS JEKK TISTA ISSEJHILOM PLAYERS LI JAQALAW SALARJU KBIR GHALXEJN ANKA JEKK THALLIJOM JITILQU B’XEJN BIEX XI HADD JIGBOROM U JEHILSEK MINNOM? TAHSBU LI KIEKU KIEN HEMM DIRIGENTI BL-ATTRIBUTI MA’ KIENUX JIKKONVINCUHOM BIEX IXOLJU U JITILQU? GHAX NAF LI HA JKUN HAWN MIN JGHID IMMA JEKK HADD MA’ GIE GHALIJOM! 

GHALHEKK L-AFFARIJIET HUMA CARI AKTAR MILLI TAHSBU. ILLUM SFORTUNATAMENT IC-CIRKOSTANZI TAL-FUTBOL HIJA JEW IKOLLOK TMEXXIJA LI GHANDA BIEX U TRID TINVESTI INKELLA TILGHAB GHAT-TIENI POST. IZDA AHNA TANT L-AFFARIJIET ESKALAW MINN FUQ NETT ILLI LE, MHUX TALLI MQARR NIGU TIELET JEW IR-RABA, XI HAGA LI TISTA TIGRI LIL KULHADD, IZDA WAQAJNA LETTERALMENT FIR-REDIKOLU!

IL-PRESTAZZJONI TAL-BIERAH KONTRA TAL-GONDOLA HIJA L-MERA TAS-SOCJETA TAGHNA ILLUM IL-GURNATA – KONFUZA, BLA MOTIVAZZJONI, FQIRA U TAL-MISTHIJA!!

IL-JUVENTUS AHNA U HADD AKTAR. IS-SUPPORTER – DAK LI JHOBB TA’ VERA, LI JHOSS TA’ VERA! 

Lura ghall-kampjonat

Wara l-partita Ewropeja kontra Malmo u b’sorpriza gejna fl-ewwel post tal-grupp wara li Zenit zammew lil Chelsea fi draw. Dak hu s-sabih tal-futbol li ebda rizultat ma huwa garantit.

Nergaw lura ghal kampjonat u jmissna ma’ tim iehor li jinsab l’isfel fil-klassifika izda mhux ta’ min jissotovalutah. Venezia f’darhom rebhu bosta partiti fostom kontra Roma.

Juventus minn naha taghhom huwa mument krucjali li ma’ dawn it-timijiet ma’ jintilfux assolutament aktar punti biex kif tennejt f’artiklu iehor nibqaw immwahlin ma’ l-ewwel erba.

Nisperaw li fl-ahhar nakkwistaw stabilita bis-serjeta biex nergaw nidhlu fl-Ewropa li tghodd. Il-futur ser jiddependi hafna fuq l-ekonomija tal-club u ghalhekk l-club ma jaffordjax ma’ jigix ma’ lewwel erba, xi haga mhux facli izda mhux impossibli diment li nirbhu ammont ta’ partiti konsekuttivi.

Ghalkemm huwa difficli imma xorta personalment nispera illi f’Jannar isir xi moviment biex it-tim jissahhah fejn nibqa nsostni fil-midfield ghadna fqar wisq u bilfors jrid jsir xi haga. Naturalment tistennew xejn kbir izda zgur li min jigi jista jghin lit-tim aktar minn xi hadt bhal Ramsey jew xi Arthur Melo li wara li rega inghata cans kontra Malmo rega iddizappunta bil-kbir.

Mumenti Difficli

IL-MUMENT TA’ BHALISSA WISQ IHALLI T-TIM U L-LOGHOB TIEGHU FIL-PITCH WARA L-PROBLEMI U L-KONFUZJONI TA’ BARRA L-PITCH. FILWAQT LI S-SOLTU NHOBB NIDDISKUTI MAGHKOM L-ANDAMENT TAL-LOGHOBA NISTQARR MAGHKOM LI FTIT HUWA L-MOHH LI WIEHED JIDDISKUTI L-WIRJA TAT-TIM U IL-HSIEB MA’ JMURX FUQ DAK LI QED JIGRI U LI KULHADD QIEGHED ISEGWI.

FILWAQT ILLI BIEX NIDDISKUTU FTIT IL-PARTITA KONTRA SALERNITANA, ILLI FTIT HEMM WIEHED XI JGHID, ALLAHARES MA’ WASALX RIZULTAT TA’ REBHA KONTRA L-AHHAR SKWADRA FIL-KLASSIFIKA GHALKEMM ILLUM XEJN M’HUWA GARANTIT. FILFATT XORTA KIEN HEMM MUMENTI TA’ DIFFIKULTA FEJN SALERNITANA KIENU PERIKOLUZI U LAQTU ANKA L-LASTA. MA’ NINSIEX IL-FATT ILLI THASSAR GOWL TA’ CHIELLINI LI GHADNI MA’ NISTAX NIFHEM FEJN KIEN OFFSIDE U MINN META L’HAWN IR-REFEREE QED IMUR JIGGUDIKA HU BIL-VAR JEKK HUWIEX OFFSIDE JEW LE. XI HAGA LI XTAQT NAQSAM MAGHKOM U FL-AHHAR ARTIKLU SAQSEJTKOM KEMM FIR-REALTA NEMMNU FIL-PLAYERS ZGHAZAGH, ILBIERAH IL-KOWC GHOGBU JAGHMEL L-AKTAR MOSSA KERA LI TISTA TAGHMEL LIL ZGHAZUGH FIL-KARRIERA TIEGHU – ILLI TQAJJMU BIEX IGGELU JILGHAB FIL-HIN MIZJUD U WISQ AKTAR OLTRE  L-HIN MIZJUD FILFATT KIF GERA 2 PASSI JEKK GRIJOM WASLET IT-TISFIRA FINALI. KIF QATT PERSONALMENT BHALA SUPPORTER NISTA NEMMEN ILLI L-KOWC JISTA JDAHHAL MENTALITA EWROPEJA FIT-TIM TAGHNA!!

IZDA ILLUM XTAQT NITKELLEM MAGHKOM RIGWARD L-ATTAKKI L-GODDA DWAR L-IMBERKIN PLUSVALENZI, XI HAGA LI DAWN L-AHHAR SNIN SMAJNA BIHOM BHALA XI HAGA NORMALI FIL-CLUBS TALJANI WAQT IL-CALCIO MERCATO BIL-KELMA PLUSVALENZE BEJN IL-CLUBS TIELA U NIEZLA. IZDA F’DAQQA WAHDA SARET XI HAGA IRREGOLARI U F’DAQQA WAHDA MILLI JIDHER IL-JUVENTUS BISS KIENET TOPERA F’XIRI U TPARTIT U MOVIMENTI TA’ PLAYERS SPECJALMENT ZGHAZAGH B’DAWN IS-SISTEMI!

GHALHEKK MINGHAJR MA’ NIDHOL F’HAFNA DETTALJI TA’ KIF U KOME JSIRU U GHALIEX, BHAS SOLTU SE NITFA FTIT DOMANDI LI ANKA LILI NNIFFSI NISTAQSI U SPISS NASAL WAHDI GHAL KONKLUZJONIJIET. LI HUWA CERT ILLI JIDHER BIC CAR ILLI BIEX NCAPSU U NAKSU LIL JUVENTUS U JAGHMLU HSARA KBIRA GHALIEX HSARA NASSIGURAKOM LI ISSIR EZEMPJU FEJ JIDHLU SPONSORS BIEX MA’ NGHIDX RIGWARD AKKWIST TA’ XI PLAYER LI JAHSIBA DARBTEJN JIGIX MIEGHEK JEW LE META JARAK DEJJEM F’ DAWN L-AHBARIJIET.

ALLURA JIEN NISTAQSI!
HUWA LEGALI LI TISTMA L-VALUR TA’ PLAYER PROPJETA TAL-CLUB?
HUWA LEGALI LI PLAYERS JIGU STMATI BI FTEHIM BEJN 2 CLUBS U JEKK JAQBLU JSIR TPARTIT?

HUWA LEGALI JEW LE LI M’HEMMX LIGI LI TGHIDLEK SAKEMM JISTA JITLA L-AMMONT TA’ VALUR LI JISTA JITLA PLAYER?

HUWA LEGALI LI JSIRU DAWN IT-TIP TA’ MOVIMENTI BEJN L-ISTESS 2 CLUBS? IR-REGOLAMENTI HUMA CARI JEW LE?

NISTAQSI WKOLL AHNA BHALA CLUB KWOTAT FIL-BORZA U BIX-SHARE HOLDERS F’DAWN L-AHHAR 3 SNIN LI JIDHER LI QBADNA DIN IS-SISTEMA B’MOD ESAGERAT HADT MIL-PROPJETA MA’ GIBED L-ATTENZJONI? KEMM GABET BENEFICCJI DIN IS-SISTEMA?JIENA NIFHEM ILLI L-JUVENTUS HIJA AZJENDA U BHAL KULL AZJENDA TRID TAGHMEL IL-QLIEGH TAGHHA U THALLI KONTIJIET B’SAHHITOM. IZDA TRID TITTIEHED DECIZJONI DARBA GHAL DEJJEM. JEW IL-PROPJETA TKUN CARA LI KEMM IDDUM HEMM IL-CLUB JIKBER SA CERTU PUNT GHALIEX DEJJEM NGHIDU IRRIDU QABZA FL-EWROPA U FL-OPINJONI TIEGHI B’DIN IT-TIP TA’ TMEXXIJA FL-EWROPA MA TREGIX. TKUN SEMPLICI CLUB DEJJEM PREZENTI U TIPPROVA TAVVANZA KEMM TISTA BIEX IDDAHHAL AKTAR FLUS BHAL CLUBS BHAL AJAX, LIEPZIG, BORUSSIA, ECCETRA. 

FL-OPPINJONI TIEGHI ZBALL MADORNALI LI SAR F’DAWN L-AHHAR SNIN KIEN LI META KELLNA SKWADRA B’SAHHITA TISTA TGHID F’KULL DIPARTIMENT XORTA BQAJNA GHADDEJJIN BIR-RAGUNAMENT LI INTEFQU HAFNA FLUS FI PLAYERS LI GEW IMXERDIN L’HAWN U L’HEMM BIEX NAGHMLU DAWN L-IMBERKIN PLUSVALENZI FLOK MORNA GHAL TRIQ DIFFERENTI LI NINVESTU B’MOD IMPORTANTI FI PLAYER JEW TNEJN KULL SAJF BIEX INKOMPLU NISSUDAW. MINFLOK LE, DEJJEM BQAJNA JEKK JIDHOL WIEHED JOHROG WIEHED. XI DARBA KIENET TAHDEM IVA!! IMMA KELLNA L-AQWA DIRIGENT FID-DINJA LI MINN BEJGH TA’ PLAYER KIEN ISIB IEHOR MIX-XEJN LI JSIR STILLA !! ILLUM DIRIGENTI TAGHNA ANQAS JOQGHODU FEJN MOHHU U TAFU GHAL MIN QIEGHED NIRREFERI.

DIGA BDEJT NISMA U NAQRA ILLUM IL-KELMA PATTEGJAMENT! ALLURA WASALNA F’DIN L-ESTREMITA LI NAFU LI QED NAGHMLU HAZIN U NIGU NAQAW U NQUMU MIN NIES LI JINVESTU FIL-JUVENTUS U NHALLU U NIPPERMETTU U NAGHTU BL-IMGHARFA BIEX NIGU ATTAKKATI U MZEBILHA MINN KULHADD MAD-DINJA KOLLHA? RISPOSTA GHAL DAN MA’ GHANDIX PERO JEKK IS-SITWAZZJONI HIJA HEKK GRAVI U GHAL DARB’OHRA IS-SUPPORTER SAR VERA NUMRU U WISQ AKTAR LI XI HAGA FIT-TMEXXIJA JRID JIGRI U KONVINT LI SER JIGRI.

KONVINT LI KIF JGHID IL-MALTI, XEJN MHU GHAL ETERNU U DAK LI KIEN TAJJEB U INDISPENSABBLI QABEL MA’ JFISSIRX LI HUWA BZONNJUZ GHAL QUDDIEM, GHAL FUTUR. IZ-ZMIEN ITINA PARIR!

IL-JUVE AHNA U HADT AKTAR ILLUM IKTAR MINN QATT QABEL.

Ħdax il-sena lura

Illum nistqarr magħkom illi la naf minn fejn ħa naqbad nibda u lanqas fejn ser nispicca dan l-artiklu. Meta l-president u l-kumitat offrewli din l-opportunita li naqsam magħkom l-opinjoni tiegħi permezz ta’ dawn l-artikli għamilt patt miegħi nniffsi li kemm jista jkun fil-kitba tiegħi nkun realistiku u luċidu, nipprova kemm jista jkun nkun moderat u realistiku biex fil-kitba ma’ nwassalx biss il-passjoni u l-imħabba li għandi ghal Juventus.

Għalhekk nieħu gost nara li tikkumentaw fuq l-artikli u tesprimu l-opinjonijiet tagħkom. Anka jekk ma’ taqblux dejjem ma’ dak li nikteb ghax hekk għandu jkun u la darba dawn il-gruppi huma maħluqin biex flimkien nitkellmu u naqsmu l-glorja u l-mumenti hziena bħal ta’ bħalissa. Żgur li minn naħa tiegħi qatt mhu ha taraw kummenti fuq oppinjonijiet tagħkom illi qisni jien biss għandi raġun jew ħaddiehor ma’ jaf xejn jew saħansitra niżżufjetta b’xi kumment għax ikun ftit realistiku. Is-supporter għandu dritt jgħid dak illi jħoss.

Sfortunatament ilbieraħ kienet daqqa finali fejn f’logħba kważi deċisiva illi nippruvaw ningħaqdu ma’ l-ewwel erba waslet telfa oħra. Iżda illum aktar milli fuq il-logħba xtaqt naqsam magħkom ir-raġunijet għaliex wasalna sa hawn u ser nitfa ftit domandi li xtaqtkom twieġbu fil-kummenti tagħkom. Ħafna mil-psewdo avukati meta jaraw xi kummenti b’xi kritika lejn is-soċjeta jwieġbu b’mod illi taf x’jixirqilkom? Xi Cobolli Gigli jew xi Jean Claude Blanc u lbieraħ waħdi bdejt nidħaq, nistaqsi mela illum fejn qegħdin? Cherubini min hu? Kien il-messaġġier ta’ Marotta u wara Paratici voldiri bhal Alessio Secco!!! Arrivabene min hu? Il-bniedem ta’ John Elkann, il-widna u is-signor si jew no voldiri Jean Claude Blanc!!! Ma’ nixtieqx ninsa lil Fabio Paratici li għandu parti kbira f’dan id-diżastru li ninsabu fiħ.

Kif u min wassalna sa hawn? Biex inkun ċar, lil Andrea Agnelli ninżalu l-kappell u ma’ hemmx kliem biex ngħidulu grazzi ta’ dawn is-snin u anka tal-passat antik iżda ħadd ma’ jneħħi l-fatt li kien hu u biss hu li witta t-triq u ippermetta li ċerta individwi wassluna f’dan id-diżastru.

Min iddeċieda li Marotta jitħalla jitlaq? Min ġie mhedded jagħżel jew Marotta jew aħna? Min tilef il-polz tas-soċjeta? 
Ma’ tistax tirbaħ dejjem iżda nippretendi li Juventus il-mument ħazin tagħhom xorta jkunu ma’ l-ewwel erba u mhux f’din il-miżerja!

Vera li jaslu mumenti li trid tibda mil-ġdid u tibni u dan jieħu żmien tiegħu! Iżda vera s-socjeta temmen fiż-żgħażagħ? Fl-oppinjoni tiegħi ma’ tantx. Kieku temmen players bhal Fagioli, Rovella, Soule, de Winter bdew bilmod jiġu inseriti minflok min jaqla 7 miljuni u qiegħed jgħaddina passata żmien fil-pitch!

Biex nerġa nkun ċar din id-dirigenza sabet ma’ wiċċa dawn l-iżbalji iżda jibqa l-fatt illi ma’ tantx tidher li vera trid iddawwar il-folja għaliex is-sajf li għadda baqat tgħidilna li din hija skwadra kompetittiva, u dawk li jikkritikawa ma’ jafu xejn!! Qed naraw kemm hi kompetittiva biex forsi tidħol europa league!!

Ilbierah ukoll ġewni f’moħħi żmien Marchisio, Giovinco, Mirante. Tgħiduli fejn mort b’moħħok? Ħa ngħidilkom għaliex; temmnu kieku ma’ ġarax li ġara dak iż-żmien kienu qatt ingħataw ic-cans?

L-argument tiegħi hu jekk qed tinnotaw, illi vera club jgħaddi minn żmien ħażin iżda hemm mod u mod. Vera li trid terġa tibni u tieħu żmien biex tiġi fuq saqajk iżda jew temmen fiż-żghażagh tiegħek u li qed tmur tinvesti fihom u jekk għandek tgħaddi mumenti ħżiena tgħaddih bihom inkella tippruvax tgħaddi ż-żmien bin-nies għax kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu.

L-aħħar mistoqsija li xtaqt nagħmlilkom u nara l-oppinjoni tagħkom hija domanda li qatt ma’ ħsibt li nagħmila!!

Taħsbu li Juventus wasal żmien li tinbidel il-propjeta? Oppinjoni għandi iżda ser inħalli f’idejkom biex ma’ ninfluwenzax risposti.

FORZA JUVE DEJJEM SAL-MEWT

Tfigh ta’ aktar tajn

Dalghodu kont ser naqsam maghkom suggett illi forsi xorta kien jitratta d-dirigenza u t-tmexxija tal-club u l-opinjoni tas-sapporters u l-kitba fuq xi posts u opinjonijiet li gieli nara u naqra mhux biss f’dan il-grupp taghna izda kullimkien.

Dlonk kelli nibdel il-hsieb u l-kitba ghaliex kif tafu l-bierah filghaxija u dalghodu fil-gazzetti sportivi kollha rega beda l-ennezimu tfigh ta’ tajn u show bil-Juventus biex nergaw intebbu l-immagni ta’ din is-socjeta, xi haga li saret regolari u nista nghid ukoll bla tlaqliq ta’ kull sena. Xi haga li tidher cara hija mill-fatt li anka fuq kwistjoni sportiva ewropeja qatt ma’ sabet appogg minghand hadt fil-federazzjoni taljana u dan minn fuq li s-socjeta Juventus f’dawn l-ahhar snin dejjem kienet minn ta’ quddiem f’rinnovament biex mhux biss timxi l-quddiem hi stess izda thalli lill-italja kalcistika fuq il-mappa tad-dinja.

Issa faqqa l-kas plusvalenzi fejn dawn l-imberkin valuri ta’ players li jsiru hadt ma’ jista jghid u jistma kif ezattament tista taghmilom u dan gara fil-passat fil-konfront taz-zewg timijiet angli beati ta’ Milan li l-qorti ta’ Milan fit-2008 malajr kienet qatata illi hadt ma’ jista jikkmanda lil xi hadt kemm jistma xi haga illi hija propjeta tieghu. Izda meta jidhol l-isem ta’ Juventus hemm jrid isir show medjatiku li tahseb li hemm hmieg kbir u li zgur gara l-fatt; biex intikom ezempju l-kaz Suarez is-sena li ghaddiet fejn Juventus kienu totalment barra zmien li setaw irregistraw il-player u xorta dahlu fil-froga fl-ezami li ghamel l-player biex jakkwista passaport taljan (ahjar cempel lil Recoba u lil Moratti, dawk kienu experts kif jaghmluwom).

L-akbar hmerija li qrajt dalghodu kienet x’jistaw jehlu Juventus jekk jinstabu hatja u din tmur minn semplici multa jew tnaqqis ta’ punti minima u jekk isibu li ghamlu hekk biex jinkitbu fil-kampjonat tkun piena aktar gravi. Ma’ kontx naf jekk nibkix jew nidhaqx ghaliex is-sitwazzjoni ekonomika vera mhux sabiha imma alahares Juventus waslu f’sitwazzjoni fejn anqas ghandhom biex ihallsu iskrizzjoni ghal kampjonat taljan ghax vera tkun spiccat id-dinja u kieku j’alla jinbiegh il-club illum qabel ghada.

Sissa s-soltu silenzju tal-club jirrenja, dejjem s’issa! U din il-haga personalment ma’ sirtx niflaha aktar fejn fl-oppinjoni tieghi hija l-unika haga li fl-istil tal-passat zammejna. Ara x’hin nigu ghal rispett lejn is-sapporter illum sirna numri u magna tal-flus specjalment fil-biljetti tal-loghbiet li filfatt kellom jitrahsu wara t-tgergir tan-nies.

Il-konkluzjoni tieghi hija li s-socjeta missa ila zmien turi li tkun soda. Li tkun mira f’kull haga u f’kull avveniment vera li tista toqghod tiggiled u tahli l-hin ma’ hafna izda f’livelli gholjin qed inhallu wisq min ixejjirna mal-bnadar mahmugin kollha u dan ma’ jistax ikun li jibqa jigri, anka b’rispett ta’ miljuni ta’ sapporters imxerdin mad-dinja kollha li jsostnu u jhobbu bhalna lil din is-socjeta, lil dan il-club.