Chiellini fuq il-passi ta’ Dino Zoff

39 sena ilu Dino Zoff għolla t-Tazza tad-Dinja bħala captain tal-Italja wara li l-Azzurri għelbu lill-Ġermanja 3-1 fil-Finali. Illejla Giorgio Chiellini għandu l-opportunità li jgħollu t-tazza tal-Euro2020 bħala captain tal-Italja, dejjem jekk it-Taljani jirnexxilhom jirbħu lill-Ingilterra. Interessanti li llejla Chiellini se jkun qed jilgħab għall-112-il darba fil-flokk tal-Italja u se jilħaq proprju lil Dino Zoff fil-klassifika tal-plejers li lagħbu l-aktar għall-Italja. SA fejn nafu, din se tkun l-aħħar partita ta’ Chiellini bil-flokk tal-Italja peress li l-indikazzjonijiet huma li hu se jirtira mit-tim nazzjonali.

Matthew Scerri