Demiral lejn self ma’ Atalanta

Merih Demiral hu mistenni jingħaqad ma’ Atalanta b’self. Qed ikun irrapurtat li Atalanta se jħallsu bejn 3 u 4 miljuni biex jiksbuh b’self għal sentejn u wara jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 28 miljun Ewro. Demiral se jkun qed jieħu post Romero li Atalanta bigħu lil Tottenham għal 55 miljun.

Matthew Scerri