Donnarumma-Juventus. Raiola reġa’ kien Turin

Juventus jinsabu f’kuntatti kontinwi ma’ Mino Raiola għal Gigio Donnarumma li għandu kuntratt ma’ Milan li jiskadi f’Ġunju. Milan mhux se jgħollu l-offerta tagħhom ta’ tmien miljuni fis-sena. Raiola qed jitlob ferm iktar minn hekk u Juventus lesti jissodisfaw it-talba tiegħu. Nhar l-Erbgħa li għadda Raiola reġà kien Turin biex ikompli bit-taħdidiet ma’ Juventus. Madankollu, kif għidna drabi oħra, Juventus iridu qabelxejn ibigħu lil Szczesny li għandu paga għolja. F’das-sens jidher li fil-Premier League hemm interess minn diversi timijiet f’Szczesny.

Matthew Scerri