Dybala ma jittrenjax minħabba li qed ikun interrogat fil-‘Procura’ ta’ Turin

Illum Paulo Dybala kien mistenni jittrenja għall-ewwel darba ma’ Juventus wara li ħarġet l-aħbar li l-kuntratt tal-Arġentin mhux se jkun imġedded. Minflok mar għat-training, però, Dybala ġie msejjaħ fl-uffiċini tal-Procura ta’ Turin sabiex jagħti x-xhieda tiegħu b’rabta mal-investigazzjoni dwar allegat ‘falso in bilancio’ min-naħa ta’ Juventus. Skont l-investigaturi jista’ jkun li Juventus ma rreġistrawx b’mod korrett il-pagi tal-plejers fl-2020 u fl-2021, liema pagi kellhom jitħallsu b’mod differenti minn kif stipulat fil-kuntratti minħabba l-kriżi tal-Covid-19. Dybala ntalab jitla’ jagħti l-verżjoni tiegħu tal-fatti.

Matthew Scerri