Dybala mill-ewwel minuta, intant il-kuntratt …

Illejla Paulo Dybala se jkun qed jibda mill-ewwel minuta għall-ewwel darba f’dan l-istaġun. Hu se jkun qed jifforma l-koppja tal-attakk flimkien ma’ Morata. Intant jidher li m’hemm xejn ġdid dwar it-taħdidiet għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Il-Ħadd li għadda Paratici allegatament tkellem bit-telefon mal-aġent Antun, biss s’issa l-partijiet għadhom ma ffissawx appuntament biex ikomplu jiddiskutu l-kuntratt ta’ Dybala. Infakkru li Dybala għandhom kuntratt li jiskadi fl-2022 u allura ż-żmien qed jagħfas. Jekk dis-sena ma jinstabx ftehim għall-kuntratt il-ġdid, allura jkun probabbli li fis-sajf li ġej Juventus ikollhom ibigħuh sabiex ma jirriskjawx li jitilfuh b’xejn fl-2022.

Matthew Scerri