Erġajna qbadna t-triq it-tajba?

Novembru riesaq u skont kif kien qal il-kowċ tagħna Max Allegri, iż-żmien tal-ewwel bilanċ tal-istaġun qed jersaq ukoll. Fil-waqt li qrajt x’qal Chiellini fuq Ronaldo: “Kien ikun aħjar li la ddeċieda jitlaq missu telaq qabel, għax affettwat b’mod negattiv ir-riżultati tal-ewwel partiti ta’ dan l-istaġun”. Jekk toqgħod taħseb, ma setgħax iddeskriva aħjar ix-xokk li seta ta lil sħabu, t-trasferiment tiegħu mal-United hekk kif kien għadu kif beda l-istaġun. Nagħlaq il-parenteżi fuq Ronaldo li diġa tkellimna fuqu diversi drabi u issa plejer li għalkemm kulħadd jaf li hu fenomenali ma għadux parti mill-iskwadra Juventina. Dawn l-aħħar rebħiet żgur li taw xokk pożittiv lill-ambjent anki b’serje ta’ clean sheets u solidita’ ta’ difiża akkwistata lura. Fil-passat, ġieli qrajna jew smajna kemm hi mportanti s-solidita’ ta difiża biex tibni suċċessi u tirbaħ unuri. Wieħed forsi, jekk irid ikun esiġenti, igerger fuq il-kwalita’ ta’ rebħiet li qed jinkisbu b’goal wieħed differenza. Pero’, meta qghadt naħseb ftit fil-fond fuqha, ġieni l-ħsieb li Max Allegri f’qasir żmien qed jipprova jibni pedament sod għall-iskwadra u jikkuntenta anki hu bir-rebħiet li qed jiġu. Fl-istess ħin qed naraw kif qed jikber l-ispirtu ta’ skwadra kif ukoll il-moral tal-grupp b’rebħiet spissi u wara xulxin, u ma jistax ikun iktar f’waqtu tgħid ‘vincere aiuta a vincere’!

Nixtieq ukoll niffoka kif forsi kulħadd kellu ċ-ċans jinduna li plejers li kienu spiss targets ta’ ħafna kritika u tmaqdir, anki minn supporters Juventini, bħal De Sciglio u Bernadeschi qed jibdew jaraw naqra xaqq ta’ dawl u anki qed joffru prestazzjonijiet tajbin u spiss qed ikunu parti mportanti minn azzjoni ta’ gowl billi jagħtu l-assist vincenti li jġib il-gowl innifsu. Rajna xhieda ta’ dan b’Bernadeschi bl-assist li ta lil Chiesa kontra Chelsea għall-rebħa kruċjali u mportantissima, li qed iżżommna fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp b’ipoteka serja għall-kwalifikazzjoni li diġa tista sseħħ fil-logħba li jmiss kontra l-istess Zenit fejn hemm bżonn ta’ punt wieħed biss biex nikkwalifikaw. De Sciglio qed joffri option tajba ħafna lil kowċ għax hu plejer li kapaċi jilgħab tajjeb fuq iż-żewġ naħat u kien ferm importanti bi krosses vera preċiżi, li għinuna insibu l-gowls tar-rebħa kontra Roma u Zenit. Hemm ukoll il-fattur Bentancur – plejer li ukoll qala ħafna kritika l-istaġun li għadda u li issa b’Locatelli maġenbu, qed tonqoslu r-responsabbilta’ ta’ playmaker quddiem id-difiża u qed joffri prestazzjonijiet tajbin ħafna. Fattur ieħor li xtaqt nitkellem dwaru hu li dalwaqt se nirkupraw mija fil-mija żewġ plejers fundamentali fl-opinjoni tiegħi: Arthur u Dybala. Arthur jista jgħinek iżomm possession tal-ballun biex tivvertikaliżża b’mod iktar effettiv via Locatelli. Minn naħa l-oħra, Dybala itik iktar options fl-aħħar 30 metru għax jaf jivvintalek blalen invitanti għal min ikun qed jilgħab attakkant ċentrali – jew Morata jew Kean. Għadni qed nistenna ħerqan li nara lil Dybala u Chiesa jakkwistaw ftehim totali fil-logħob għax b’hekk ukoll nistgħu naraw rebħ b’iktar minn gowl differenza. Applaws ukoll lil Kulusevski li l-bieraħ irregalalna r-rebħa b’daqqa ta’ ras tajba. Il-plejer għandu talent imma irid isib dik is-serenita’ li sabu sħabu Bernadeschi u De Sciglio u konvint li anki minnu nieħdu xi ħaġa tajba waqt dan l-istaġun.


Insellmilkom ħbieb Juventini u Forza Juventus dejjem – nistennew bil-ħerqa il-logħba tal-Hadd!