Finali Coppa Italia

Dawk il-membri tal-Club li dan l-istaġun huma msieħba wkoll fil-Fan Club interessati f’biljett għall-Finali ta’ Ruma fil-11 ta’ Mejju kontra Inter huma mistiedna jżuru l-uffiċju matul il-ħinijiet tal-ftuħ illum it-Tlieta 26 ta’ April jew il-Ħamis li ġej bejn 6.30pm u 8pm sabiex iniżżlu isimhom.

Għalissa m’aħniex naċċettaw deposits għax qegħdin nistnennew iktar informazzjoni mingħand Juventus. Infatti kull talba għal biljett li qed nirċievu hija meqjusa ‘subject to availibility’.

Nittamaw li jkollna iktar informazzjoni xi nħabbru fil-jiem li ġejjin.

Dawk il-persuni li dan l-istaġun mhux membri fil-Fan Club mhux f’posizzjoni li jniżżlu isimhom.

Grazzi