Frabotta probabbli ma’ Genoa għalkemm …

Gianluca Frabotta wasal biex isellem lil Juventus u jingħaqad ma’ tim ieħor. Qed jissemma li Genoa jinsabu qrib ħafna li jiffinalizzaw l-akkwist tiegħu. Fil-verità sa jumejn ilu kien qed jingħata bħala ċert it-trasferiment tiegħu ma’ Genoa, biss fl-aħħar sigħat jidher li Juventus mhux se jgħaġġlu u anzi se jieħdu l-ħin tagħhom. Allegatament Atalanta jinsabu interessati li jiksbu lil Frabotta fil-ftehim għat-trasferiment ta’ Gosens ma’ Juventus. Għaldaqstant Juventus għalissa għadhom ma tawx risposta definittiva lil Genoa u se jkunu qed jistennew ftit tal-jiem oħra biex jaraw kif se jiżvolġu l-affarijiet ma’ Atalanta.

Matthew Scerri