Ftit punti li ħargu mill-konferenza stampa ta’ Allegri qabel Juventus vs Sampdoria

Kienu bosta il-punti li ntmessu waqt il-konferenza stampa tal-kowċ tagħna Massimiliano Allegri illum. Mill-ewwel domanda ħarġet ċara u naqbel ma’ dal-punt tal-kowċ, li bħalissa t-tim l-iktar li jrid jiffoka hu fuq li jirbaħ il-logħba li hemm quddiemna. Ovvjament xorta semma li jixtieq li t-tim jilgħab sewwa imma biżżejjed li nirbħu il-logħba u li ttina qabża żgħira oħra il-quddiem fil-klassifika. Tenna wkoll (u s-supporters kollha Juventini jafu kemm hu mportanti) li nerġaw nirbħu b’ċertu kontinwita’ u speċjalment li nirbħu fil-home ground tagħna. Ser ikun hemm diversi tibdiliet dovuti għall-fatt li hemm plejers li lagħbu numru ta’ partiti wara xulxin u forsi huwa il-waqt li jserraħhom ftit biex jamministra forzi u enerġiji. Fost il-plejers li se jitħallew barra, Max Allegri semma lil Rabiot li lanqas biss m’hu mgħajjat għall-logħba għaliex weġġa fl-aħħar logħba u lanqas biss trenja mall-grupp tal-iskwadra. Mistoqsi fuq Dybala, qal m’huwiex żgur hux ser iserrħu jew le. Staqsewh ukoll fuq Chiesa u jekk jaħsibx li jilgħabu u wisq iktar jekk jilgħab, fuq liema ġenb ser jilgħab – ikkonferma li Chiesa huwa fit li jilgħab (żgur li l-iktar ħaġa li xtaqt li nisma!) u li ma jafx fuq liema side se jilgħabu minn issa, biss pero’ ma eskludiex li jista jagħmel tibdiliet tattiċi waqt il-logħba jekk ikunu neċessarji. Kien hemm domanda li skont jien kienet ftit malizzjuża u ta’ komunikatur eċċellenti, Allegri rnexxielu joħroġ minnha tajjeb ħafna – jekk jaħsibx li l-opinjoni ġenerali ta’ ġurnalisti u supporters li l-kandidati għall-iscudetto huma Inter, Milan u Napoli u li l-Juventus minħabba li qegħdin lura fil-klassifika ma nistawx nitqiesu kandidati għall-league u jekk din tistax tillibera il-pressjoni minn fuqu u fuq it-tim – Allegri irrisponda sewwa – qal li jqis il-dawk it-tlieta kandidati serji – Inter għax holders tal-iscudetto, Milan għall-kontinwita’ ta’ riżultati pożittivi fl-era post Covid sa issa u Napoli minħabba il-ħames rebħiet wara xulxin u semma li biex il-Juventus jilliberaw ruħhom mill-pressjoni attwali jridu jiffokaw li jagħmlu passi żgħar il-quddiem biex navvanzaw u nibdew nieħdu l-ewwel konklużjonijiet kredibbli f’ Novembru.


Ħares ukoll lura għall-logħba li għaddiet, Spezia vs Juventus, fejn tenna kif fil-fatt kull supporter ħaseb, li kienet rebħa soffertissima u li setgħet ġiet ħazina kieku Spezia skurjawlna it-3-1 (semma mazzata finali kemm fuq li setghu tawilna Spezia u anki Milan il-Ħadd, imma uża frażi għaqlija ukoll – żammewna ħajjin!). Semma wkoll f’ħin minnhom li rejazzjoni mentali tal-iskwadra kien hemm u wieħed għandu jaħseb pożittiv propju għax seħħet dik ir-reazzjoni ukoll li qalbet il-logħba favur Juventus. Mistoqsi jekk għandux f’moħħu il-formation 4-2-3-1 bħala proġett futur – Allegri ta x’wieħed jifhem, bil-filosifija tipika tiegħu, li ma tantx jagħti mportanza dawn il-formation line-ups, imma li jilgħab il-players fl-aħjar posizzjoni tagħhom u jipprovaw kemm jistgħu itejbu iż-żamma tal-ballun u il-passing speċjalment f’mumenti ta’ pressjoni iktar bħal meta tkun qlajt gowl mingħand l-avversarju b’mod speċjali.


Punt ieħor importanti li semma Allegri hu meta tkellem fuq ir-rotazzjonijiet tal-plejers minħabba dawn il-partiti f’xulxin u ta x’wieħed jifhem li mhux gost u pjaċir tiegħu iħalli plejers barra, imma ċ-ċirkustanza tisfurzah jagħmilha – spjega il-każ ta’ Locatelli li minħabba li ġej mingħand Sassuolo b’objettivi differenti mill-Juventus, mhux imdorri jilgħab 3 loghbiet f’7 t’ijiem u li mportanti jistrieħ kemm mentalment u anki fiżikament. L-istess diskors għal Cuadrado li skont hu lagħab ħafna partiti f’xulxin bejn Juventus u Nazzjonal Kolombjana u l-istess ħaġa għal Bentancur.
Ġie mistoqsi darbtejn f’forma differenti rigward id-difiża u d-darbtejn għalaq billi qal li t-tim meta ikun kompatt jaf jiddependi diskretament tajjeb u li fiduċjuż li fil-futur qarib ma naqilgħux gowls bil-kwantita’ li qed naqilgħuhom bħalissa. Punt ieħor importanti u li l-iktar tiddefinixxi lill-kowċ tagħna u il-pragmatiċita tiegħu, hu li skont hu u bħalissa ma nistax personalment ma naqbilx miegħu, li iva trid tilgħab tajjeb imma jridu jakkumpanjawk ir-riżultati pożittivi għaliex iħalluk titħarreġ għall-logħob b’iktar serenita u entużjażmu.


Nittamaw f’logħba milgħuba tajjeb mit-tim tagħna u li tiġi r-rebħa li taghti l-iskwadra iktar serenita u konvinzjoni u kif iddeskriva eżatt il-kowċ tagħna – tikber l-awtostima!


Grazzi li segwejtu!