Futur inċert għal Paratici ma’ Juventus

L-ispekulazzjonijiet dwar il-futur ta’ Paratici ma jieqfu qatt. Minkejja li Agnelli dejjem tkellem b’apprezzament għal Paratici fil-pubbliku, il-media Taljana temmen li daqt se jkun hemm bidla. Paratici jidher li jinsab fil-pjanijiet ta’ klabbs Taljani (Roma prinċipalment) u barranin (PSG u Manchester United). Qed jissemmew anki ismijiet ta’ min jista’ joħodlu postu. Il-kandidat numru wieħed hu Cherubini li kulma jmur qed jieħu rwol importanti fi ħdan Juventus. Issemma anki Javier Ribalta li sa ftit tas-snin ilu kien imexxi l-grupp ta’ talent scouts ta’ Juventus.

Matthew Scerri