Għada lura għat-training

Għada Juventus se jkunu qed jerġgħu jibdew it-taħriġ fil-JTC tal-Continassa wara li Pirlo ta jumejn vaganzi lill-plejers li fadal. Għada se jkun hemm xi plejers li waslu lura Turin wara l-impenji mat-timijiet nazzjonali: Kulusevski u Chiellini. Bentancur, Cuadrado, Danilo u Arthur baqgħu Turin hekk kif tħassru l-partiti tat-timijiet nazzjonali tagħhom. Alex Sandro jidher li rkupra mill-injury tiegħu u se jkun qed jilgħab nhar is-Sibt. Dybala wkoll x’aktarx se jkun jista’ jingħaqad ma’ sħabu għad-Derby ta’ Turin nhar is-Sibt.

Matthew Scerri