Ħarsa mill-lenti fuq is-sitwazzjoni Juventina – Artiklu 1

Ħarsa mill-lenti fuq is-sitwazzjoni Juventina – Artiklu 1

Waqt li riesaq b’pass mgħaġġel il-bidu tal-istaġun 2022-23 u fid-dawl tal-iżviluppi xejn feliċi rigward xi injuries li seħħew waqt il-mawra Juventina fl-Istati Uniti ghall-logħbiet ta’ ħbiberija kontra Guadaljara, Barcelona u Real Madrid – fejn rajna minn kollox bħala riżultati – rebħa u wirja konvinċenti kontra Guadaljara u draw b’logħob konvinċenti kontra Barcelona. Naqra inqas konvinċenti il-wirja kontra Real Madrid. L-injury ta’ Paul Pogba ikkawża inkonvenjent xejn mistenni għax fuq l-akkwist tiegħu ġew ibbażati ħafna affarijiet, anki minħabba l-għażliet li jtik player bħal Pogba minħabba l-karatteristiċi tiegħu – saħħa fizika, progressjoni bil-ballun,  xutt minn barra l-kaxxa u teknika fid-dribbling meta jiġi one vs one. Dawn l-opzjonijiet kollha intilfu f’sekonda meta sirna nafu bl-injury tiegħu. Wieħed jispera li d-dewmien biex jerġa jkollna lilu lura huwa minimu, imma minn dak li qrajt illejla stess, speċjalment jekk jiġi operat, hija mistennija waqfa ta’ xi 5 xhur.

Bla dubju, jekk dan iseħħ, ritorn fuq is-suq ta’ trasferimenti jsir iktar urġenti u obbligatorju. Fost ħafna Juventini inkluż jien, żgur tirrenja x-xewqa li naraw il-midfielder ta’ Lazio Milinkovic Savic fi ħdan l-iskwadra tagħna. Qed jissemma anki b’insistenza Paredes u wkoll ma jkunx għażla ħazina għax plejer li kapaċi jagħti ritmu iktar veloċi u huwa wkoll kapaċi fil-fażi ta’ kostruzzjoni tal-azzjoni. Filwaqt li semmejna din l-urġenza li hemm biex jiġi akkwistat midfielder jekk l-injury ta’ Pogba tieħu fit-tul, hemm ukoll it-telfa inaspettata ta’ Mc Kennie, fejn qed jissemmew 3 ġimgħat waqfien li jekk vera, l-ewwel logħba tal-kampjonat ser nispiċċaw mingħajru.  Wieħed ma jistax ma jsemmix xi ftit aspetti ukoll posittivi li ħargu waqt dawn il-logħbiet ta’ ħbiberija: il-wirjiet ferm posiittivi ta’ Fagioli u Rovella jawguraw tajjeb li naraw imqar wieħed (jien nispera anki t-tnejn) jinżammu fl-iskwadra biex jintużaw f’logħbiet kompetitivi ukoll.  Wieħed ma jistax jinsa li hemm Miretti wkoll fost dawn li semmejna fil-kategorija ta’ plejers promettenti żgħazagħ.

L-aħħar punt se nagħmlu fuq rwol li fil-preżent lili jinkwetani mhux ftit – il-left back. Hija taħt għajnejn kulħadd id-diffikulta’ li qed jesperjenza t-tim b’Alex Sandro u wieħed jistaqsi kemm verament kienet għaqlija d-deċiżjoni li jingħata b’self Cambiaso mingħajr ma’ jiġi akkwistat plejer aktar affidabbli minn Alex Sandro. Vera li forsi l-plejer għad fadallu x’jimmatura imma ninstab ċert li kien ikun ferm aktar utli minn Alex Sandro. Nafu ukoll li biex jilliberaw lil left-back Brażiljan mhuwiex faċli, anki minħabba il-paga għolja tal-plejer, u dan jagħmlu ferm diffiċli biex issiblu sistemazzjoni anki b’self lil tim ieħor. Wieħed jittama li jkun hemm żieda fl-opzjonijiet f’dan is-settur tal-grawnd imma it-tamiet li narawha sseħħ din is-sena huma sfortunatament minimi, sakemm ma jseħħx xi miraklu bħal ta’ Ramsey!

 

Insellmilkom Ħbieb Juventini.