Icardi mhux beħsiebu jitlaq lil PSG

Mauro Icardi stqarr pubblikament li m’għandu ebda intenzjoni li jitlaq lil PSG. F’intervista mogħtija lill-istazzjoni tal-klabb Pariġin, Icardi qal dan li ġej: “Għalija hu unur li ninsab hawn, kif għidt sa mill-ewwel jum meta wasalt hawn. Ninsab tajjeb u qiegħed f’tim li qed jimmira li jirbaħ ħafna unuri. Dan hu dak li jfittex plejer. Ninsab kuntent li l-klabb xtrani għal kollox u qed joffrili l-possibbiltà li nkompli għall-erba’ snin li ġejjin. Is-sena li għaddiet kienet fantastika u nittama li fis-snin li ġejjin jirnexxilna nitjiebu u nirbħu aktar unuri.”

Matthew Scerri