Id-dettalji tal-ftehim bejn Juventus u Kaio Jorge

Calciomercato.com qed jiżvelaw id-dettalji tal-ftehim bejn Juventus u Kaio Jorge. Il-Brażiljan se jkun qed jiffirma kuntratt sal-2026. L-aġenti tiegħi se jdaħħlu 5 miljuni minn dat-trasferiment, filwaqt li 1 miljun Ewro se jmur għall-familja tal-plejer. Issa jmiss li Juventus isibu ftehim ma’ Santos sabiex hu jkun jista’ jingħaqad b’mod immedjat mal-Bianconeri. Qed tissemma ċ-ċifra ta’ 2.5 miljun Ewro (li tinkludi anki l-bonuses). Tajjeb infakkru li Kaio Jorge għandu kuntratt ma’ Santos li jiskadi f’Diċembru ta’ dis-sena u allura mill-1 ta’ Jannar se jkun jista’ jingħaqad ma’ min irid. Santos jinsabu rrabjati ma’ Kaio Jorge peress li fil-jiem li għaddew sabu ftehim ma’ Benfica biex ibigħuh għal 5 miljuni. Issa se jkollhom idaħħlu nofs dik is-somma mingħand Juventus. F’dan l-istadju, però jaqblilhom jaċċettaw l-offerta ta’ Juventus għax inkella jitilfuh b’xejn f’Jannar.

Matthew Scerri